“ibqa’ oħroġ il-ħmieġ li ħakem lill-partit”
Qed nippubblika email li rċevejt mingħand persuna Nazzjonalista li jaqra’ l-blog tiegħi. Nirringrazzjah talli jsegwini u tal-kliem ta’ inkoraġġamenti li kitibli.
Hello,
Jien nqis lili nnifsi bħala Nazzjonalist għalkemm deċiż li din id-darba ma għandix ħsieb li nivvota għar- raġuni li l-partit li kont inħobb ma għadux il-partit tagħna in-Nazzjonalisti (għal mod kif ikkalunjaw u warbu lil Dr. Adrian Delia). Issa int bħali tħobb iżżeffen lil CSN u Repubblika li dawn kulħadd jaf li ħatfu l-partit u dik raġuni oħra li jien ħlift li ma nivvotax, avolja (l-isem neħħejtu) jgħidli biex nivvota l-ġodda jekk rridu innaddfu l-partit. Pero’ jiddispjaċini li anki il-ġodda li ħerġin hemm konnessjoni maż-żewġ għaqdiet. Issa l-iskop ta’ din l-email hu, peress li int midħla sew tal-partit taf sew minn huma l-godda? Għalhekk nixtieq li min jagħmel parti mir-Repubblika u ċ-CSN jiġu magħrufin għax il-bqija il-partit imut (jekk mhux ġa mejjet) mewta naturali.
Grazzi
N.N.
P.S. Fejn tista’ ibqa’ oħroġ il-ħmieġ li ħakem lill-partit.
Tal PN jisparixxu naqra naqra.