SA FEJN NAF JIEN DEJJEM IDDIKJARAJT IT-TAXXA TIEGĦI – Therese Comodini Cachia

Il-bieraħ t’lura, is-sitta ta’ Lulju 2021, kellna konferenza stampa li fiha ħadet sehem Therese Comodini Cachia. Għalija kienet xi ħaġa ta’ sorpriza nara lil Therese Comodini Cachia tagħti konferenza stampa peress li ħabret li ser toħroġ mill-politika. Persuna li tħabbar li ser toħroġ mill-politika normalment tmur fil-ġenb u mhux taċċetta li tmur fiċ-ċentru tal-politika. Hawn wieħed jistaqsi jekk dan ifissirx li kien hemm xi tibdil ta’ ħsieb min-naħa ta’ Comodini Cachia?

Biss waqt din il-konferenza stampa, li kienet fuq il-governanza tajba, ġurnalist tal-ONE News staqsiha jekk hux dejjem iddikjarat it-taxxa tagħha. It-tweġiba kienet li sa fejn taf hi dejjem iddikkjarat it-taxxa tagħha. Din hija tweġiba evaziva. Fil-politika, bi tweġiba bħal din, tkun qed turi inċertezza. Din hija dikjarazzjoni magħmula minn membru tal-Parlament. Din hija dikjarazzjoni ta’ avukat. Għalhekk għidt li jekk din il-mara ġa ħaseb biex tirtira mill-politika kellha toqgħod lura. Il-tweġiba li tat kienet aktar ta’ avukat milli ta’ politiku. Nemmen li għal mistoqsija diretta, kellu jkun hemm tweġiba diretta wkoll.

Infakkar li Therese comodini Cachia hija l-avukat tal-familja Caruana Galizia li tridha tal-paladin tal-verita’ u tas-sewwa. Mela bħala avukata trid tkun immakulata għaliex ma tistax tirrappreżenta familja li ħlief tgħajjar in-nies korrotti ma tagħmilx imbagħad l-istess familja kellha problemi ma’ tat-taxxa u kissret evidenza marbuta ma’ proċess kriminali. Għall-inqas l-avukata tal-familja għandha jkollha kollox sew.

B’hekk in-nies jistaqsu speċjalment dawk li jaqraw dawn l-artikli x’hemm wara din il-mistoqsija. Jiena, bħala ħaddiem tal-paga u ma għandix negozju, dejjem ħallast sal-anqas ċenteżmu. Fuq kollox, in-nies ser jgħidu hu possibli li avukata ma tafx sew jekk iddikjaratx kollox jew le. Meta jsiru dawn il-mistoqsijiet mill-ġurnalisti, dan isir għaliex ikollhom xi storja lesta fil-but. Għalhekk kull tweġiba għandha telimina kull dubju. Sfortunatament, ir-risposta ta’ Comodini Cachia daħħlet ħafna dubji. Dak li nista’ ngħid li għaddew jumejn u sakemm ħareġ dan l-artiklu għadna ma smajna xejn li hemm xi nuqqas fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta’ Comodini Cachia.

Infakkar li l-istess deputat f’risposta oħra li kienet qiegħda tagħti, tkellmet fuq l-etika li kull deputat għandu jimxi magħha. Dan kienet qed tgħidu fil-każ ta’ Rosianne Cutajar. B’hekk meta ssir stqarrija, għall-inqas min jagħmilha għandu jkun żgur li r-returns tiegħu jew tagħha li jressaq il-Parlament huwa eżatti.

Jekk hemm xi storja li qed tinħema kontra Dr Therese Comodini Cachia, ikun jaqbel li qabel tabbanduna l-politika, terġa’ tħares lejn dak kollu li ddikjarajt lill-Ispeaker. Fuq kollox, jekk teżisti din l-istorja u kien hemm xi ħsieb li tirritorna fix-xena politika, din ser tagħmilha aktar ħsara milli ġid. Jekk ma hemmx, din il-mistoqsija aktar ser isaħħaħ il-figura politika tagħha.

Hu importanti għal kull politiku li jara li ċ-ċifri kollha mniżżla fir-returns tat-taxxa, huma veritiera sal-anqas ċenteżmu. Dan jaqbilhom jagħmluh ħalli meta jirrispondi fuq etika parlamentari tkun jistgħu jiddikjaraw l-verita’ u xejn inqas u joħorġu aktar b’saħħithom ma’ l-elettorat.

One comment

Leave a Reply