Rachel Montebello u George Hyzler: għaliex dawn għandhom jaqraw x’qal Judge Lawton?

Il-bieraħ t’lura, ex-prim l-imħallef Vincent Degaetano kiteb ittra fil-gazzetta The Times biex jikkritika lill-Maġistrat Joe Mifsud dwar is-sentenza li ta fil-każ taż-żewġ periti nvoluti fil-inċident li wassal għall-mewt ta’ Mariam Pace. Mhux x’ser nidħol fil-mertu ta’ din l-ittra, anki jekk ser nkun qed nikteb dwarha separatament. Biss fiha, l-ex-prim imħallef Degaetano semma’ sentenza li ta fil-qorti tal-appell fil-konfront ta’ Maurice Agius, uffiċjal li kien jaħdem fil-VAT u li nstab ħati mill-qorti inferjuri li abbuża mill-pożizzjoni tiegħu fil-VAT Department u din l-istess qorti inferjuri tagħtu sentenza sospiza u interdizzjoni ġenerali. L-ispettur li kien ipproċeda kontra Maurice Agius kien Angelo Gafa’, illum huwa l-kummissarju tal-pulizija.

Meta qrajt is-sentenza tal-appell ta’ Vincent Degaetano wasalt għall-konklużjoni li l-Maġistrat Joe Mifsud ta s-sentenza fl-ispirtu ta’ din is-sentenza tal-appell ta’ Vincent Degaetano. Biss kif għidt f’dan l-artiklu, is-suġġett mhux fuq l-maġistat Joe Mifsud u għalhekk ma għamiltux fit-titlu.

F’dan l-artiklu nixtieq nittratta ż-żewġ pożizzjoni li ħadu l-Maġistrata Rachel Montebello u l-kummissarju tal-istardands fil-ħajja pubblika George Hyzler. Infakkar li l-Maġistrata Rachel Montebello tat degriet li fih irrifjutat li tagħti l-liberta’ proviżorja lil Yorgen Fenech għaliex skont hija, deċizzjoni bħal din tista twassal biex ikun hawn protesti fit-toroq.

F’din il-ġimgħa kellna sitwazzjoni simili. Kellna dak li kiteb il-kummissarju tal-istandards fil-ħajja pubblika, George Hyzler fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar. Nixtieq ngħid li meta dehret Rosianne Cutajar quddiem George Hyzler biex tixhed, dan semma l-protesti fit-toroq  li jistgħu jagħmlu Repubblika u sħabhom. Wieħed jistaqsi jekk din kienetx waħda mir-raġunijiet li waslet biex ħa l-pożizzjoni li ħa fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar?

U hawn fejn din l-ittra tal-ex-imħallef Vincent Degaetano lil TOM tiġi ta’ relevanza kbira kemm għall-Maġistrata Montebello u kemm għall-Kummissarju George Hyzler. Fil-ittra tiegħu, Degaetano jagħmel referenza għall-imħallef Ingliż Lawton. Hu kkwotah fis-sentenza tal-appell tiegħu. Degaetano jsemmi x’qal Lawton fis-sentenza tiegħu. Biex ma jkunx hemm xi misinterpretazzjoni jew li jien qed ngħawweġ il-fatti ta’ x‘kiteb l-ex-prim imħallef, li għandi rispett kbir lejh, ser inġib ir-referenza lejn Lawton kif inhi fis-sentenza tal-qorti tal-appel hawn.

Mela Lawton hu ċar. Il-ġudikatura ma għandix tagħti każ ta x’jgħidu n-nies fl-għoti tas-sentenza tagħhom. Degaetano jaqbel perfettament ma’ din il-pożizzjoni ta’ Lawton għaliex kiteb li l-imħallfin u l-maġistrati ma għandhomx jagħtu każ tal-pressjoni tan-nies permezz tal-media jew il-media soċjali li ħafna drabi, dawk li jiktbu l-anqas huma esperti fil-qasam ġuridiku!

Infakkar li jekk hemm maġistrat li ma jagħtix każ ta’ x’tgħid l-opinjoni pubblika fuqu u jagħti sentenzi bil-ħaqq huma Joe Mifsud. Biss għandha media li qed titlob ir-reżenja tiegħu għaliex taf li ma tistax tinfluwenzah.

Infakkar li Lawton kien jimmilita fil-partit Faxxista Ingliż fis-snin tletin. Biss li persuna kienet timmilita’ f’partit Faxxista ma jfissirx li bil-fors kienet persuna ħażina, anżi fil-kuntest ta’ dak iż-żmien, meta fl-Imperu Ingliż kien hemm inġustizzji kbar, li persuna kienet timmilita fuq prinċipji Faxxisti, kien ifisser li qed tiġġieled għall-ġustizzja! Dan jgħodd ukoll għal dak li kien qed jiġri f’Malta f’dik il-ħabta. Biss dan hu barra mis-suġġett u qed ngħidu biss biex nuri li ċertu akkużi storiċi u l-użu tat-terminu Faxxista mill-liberali li llum għandu fi ħdanu l-Partit Nazzjonalista, juri li l-anqas jafu l-istorja tal-partit li qed jimmilitaw fih! Imma l-aqwa li nibbuttaw pożizzjoni liberali li fil-verita’ ma ser twassal imkien ħlief biex tkun mgħawweġ il-ħaqq u titmexxa l-agenda ta’ ċertu soċjetajiet u għaqdiet liberali li għandhom interess wieħed biss – li jkissru l-proċess ġuridiku għall-interessi tagħhom!

One thought on “Rachel Montebello u George Hyzler: għaliex dawn għandhom jaqraw x’qal Judge Lawton?

Leave a Reply

Your email address will not be published.