Michael Richard Piccinino s-segretarju ġenerali li jmiss?

Tidher li fl-aħħar instabet il-persuna idonea biex issir segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Dan huwa Michael Richard Piccinino. Bħalissa, dan ma jistax jingħata din il-kariga għaliex mhux membru tal-esekuttiv. Is-segretarju ġenerali jrid ikun membru u jingħażel mill-esekuttiv.

Infatti Michael Richard Piccinino huwa wieħed minn dawk li tefa’ ismu biex ikun elett fl-esekuttiv.

Peress li ser issir elezzjoni, u jekk jitla’, tibda t-triq biex ikun jista’ jsir segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Infakkar li s-segretarju ġenerali jiġi elett minn fost dawk li jkunu eletti fl-esekuttiv. Biss wieħed jinnota li Frans Zammit Dimech tefa’ wkoll in-nomina biex ikun elett fl-esekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Sorsi infurmawni li Michael Richard Piccinino qed ikun imbuttat għal din il-kariga.

Min hawn nawgurawlu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *