L-Inġinier Mark Anthony Sammut

Blog post minn kunsillier Nazzjonalista

Il-kelma inġinier tfisser persuna li tiddisinja, tibni u żżomm strutturi għaddejjin. Jekk inħarsu lejn l-aħħar frażi, nistgħu ngħidu li bla dubju ta’ xejn Mark A. Sammut huwa professor ta’ kif joħloq strutturi u strateġiji.

Tajjeb li tkunu tafu li Mark A. Sammut huwa l-persuna li flimkien ma’ Jason Azzopardi, Beppe Fenech Adami, Claudette Buttigieg, Karol Aquilina, David Thake u Chris Said, akkost ta’ kollox, ma aċċettaw qatt id-deċizzjoni tat-tesserati fl-għażla li kienu għamlu ta’ Adrian Delia bħala kap tal-Partit Nazzjonalista.

Ilum Mark A Sammut qed jaspira li jilħaq President tal-Kunsill Ġenerali u ser jirnexxilu jilħaq dan il għan għaliex mhux ser ikun ikkontestat u kull ma jrid hu li jkun ikkonfermat mill-kunsilliera.

Bla dubju ta’ xejn, sħabu li semmejt aktar ’il fuq, ser ituh palata sabiex jirringrazzjawh ta’ dak li għamel magħhom waqt il-kruċjata kontra Dr. Adrian Delia. Mark Anthony Sammut jidher persuna kalm, onest u ta’ fiduċja minn barra, iżda fil-verita’, din hija biss qoxra ħoxna ta’ membrana li tgħatti mgħoddi politiku ta’ attakki kontra l-istess kap tiegħu.

Is-surveys li ma qatgħu xejn milli jkomplu jniżżlu l-isfel lill-Partit Nazzjonalista ma tantx jidher li llum il-ġurnata qed idejquh wisq u wisq aktar lil il-klikka li hemm warajh. Waqt ir-renju ta’ Adrian Delia, dawn il-paladini tas-sewwa, tant kienu jħobbu l-partit li ma kienux jifilħu jaraw il-partit iġib dawk il-figuri, iżda ħaġa tal-iskantament, illum il-ġurnata, meta l-affarijiet jidhru li qegħdin ferm agħar, din l-imħabba kollha li kellhom sparixxiet.

Allura ngħid jien, għalfejn Mark Anthony Sammut, li tant ikkonfoffa ma’ Jason Azzopardi, illum għadu b’ħalqu magħluq? X’qed iżommu milli jirrepeti dak li ħoloq hu stess u l-klikka ta’ miegħu? Lil min jobdi Mark Anthony Sammut u min jimmanuvrah? Dak kollu li Mark Anthony Sammut emmen b’qablu kollha dwar Adrian Delia, illum ħareġ fid-deher li kien kollu gideb ivvintat minn Jason Azzopardi. Tgħid hemm xi patt imxajtan? Tgħid x’hemm iżomm lil din il-klikka daqshekk leali lejn xulxin? Tgħid għax jibżgħu minn xulxin jew għax jibżgħu minn xi ħadd?

Sadattant, min huwa mwikki b’min? Tgħid Bernard Grech twikka bihom jew huma twikkew b’Bernard Grech. U il-kobba tkompli titħabbel.

2 thoughts on “L-Inġinier Mark Anthony Sammut

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *