Jinżamm sigriet t-tibdil propost fl-istatut tal-Partit Nazzjonalista

Bħalissa qed tintbagħst ittra minn Ċensu Galea dwar x’ser jiġri fil-Kunsill Ġenerali. F’din l-ittra tħabbar li ser ikun hemm emendi tal-istatut tal-Partit Nazzjonalista. Hawn ta’ min jistaqsi. Dan ma għadux kif inbidel? Għala qed jinħass il-ħtieġa li jerġa’ jinbidel? L-aktar ħaġa interessanti huma x’inhuma dawn l-emendi? Kull min irċieva din l-ittra qed jistaqsi x’inhuma dawn l-emendi li ser ikunu proposti għall-istatut. Ħadd ma jaf x’inhuma. Huma s-sigriet ta’ Fatima li jaf bih Bernard Grech u l-entourage tiegħu. L-ispekulazzjoni hija li waħda mill-emendi ser tkun li jekk tintilef l-elezzjoni, ma jkollux għalfejn jirreżenja. Kif inhu l-istatut illum, f’każ ta’ telfa’, il-kap jrid jitfa’ r-reżenja tiegħu.

Fuq kollox, din l-ittra li qed nirriproduċi hawn taħt milli jidher ma rċivuhiex il-kunsilliera kollha. Jekk dan hu minnu għaliex ma ngħatatx lill-kunsilliera kollha?

Hemm aktar minn hekk. Dawn l-emendi ser ikunu diskussi ġewwa d-Dar Ċentrali u fl-istess waqt ġewwa Ta’ Sannat Għawdex. Minħabba l-miżuri tal-Covid19, wieħed irid jibbukkja biex jattendi. Ħafna kunsilliera qed jaraw din il-miżura li wieħed irid jibbukkja bħala skuża biex jgħalqu ħalq in-nies.

Id-diskors huma mela tistgħu taħsbu kif ser tkun id-diskussjoni u eventalment approvati dawn l-emendi!

Leave a Reply