Where your opinion counts

Vot ta’ sfiduċja f’Bernard Grech

Wara li għalqu n-nominazzjoni fil-Partit Nazzjonalista biex jintelgħu il-karigi li jridu jkunu eletti mill-Kunsilliera, ħareġ ċar li din id-darba kienet l-aktar darba bl-inqas persuni li tefgħu nomini biex jieħdu dawn il-postijiet fil-Partit Nazzjonista. Fi kliem ieħor, din id-darba għandna l-inqas darba li qatt ikkontestaw nies f’din it-tip ta’ elezzjoni.

Ġieli għal dawn il-postijiet marbuta mal-elezzjoni fil-Kunsill Ġenerali kien ikun hemm mal-ħamsin persuna li jitfgħu n-nomina. Din id-darba kellha disa’ irġiel u għaxar nisa li tefgħu n-nomina. Dan ifisser li ser jitla’ kważi kulħadd, għax iridu jitilgħu sitt irġiel, sitt  nisa.

Dan ifisser li ħadd ma jrid ikun parti integrali minn dan il-partit. Kien hemm nomina waħda għall-president ta’ Kunsill Generali li hija ta’ Mark Anthony Sammut. Mela dan ser isir president ta’ dan il-kunsill għaliex ma hemmx kontestazzjoni. Dan kien il-persuna li beda il-mixja biex jitkisser il-Partit Nazzjonalista. L-istess ġara fil-każ tal-Għawdxin u taż-żgħażagħ. Dawk li tefgħu n-nomina ser jiġu kollha eletti u l-kunsilliera iridu biss jikkonfermahom għaliex ma kienx hemm nomini biżżejjed biex jimlew il-postijiet kollha.

Bernard Grech qed jiftaħar li hu Paġna ġdida. Minflok għandha pagna qadima għaliex ħafna minn dawk li ser jitilgħu jekk mhux kollha, kienu nies li diġà kienu hemm. Dan ifisser li ħadd ma jrid ikun parti integrali minn dan il-partit. Dan hu vot ta’ sfiduċja min-Nazzjonalisti f’Bernard Grech.

One thought on “Vot ta’ sfiduċja f’Bernard Grech

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *