Kollox lest biex Mark Anthony Sammut jsir President tal-Kunsill Ġenerali

Blog post minn osservatur politiku

Kollox jidher lest biex Mark Anthony Sammut biex jerġa’ jkun il-President tal-Kunsill Ġenerali. Infakkar li Mark Anthony Sammut kien President tal-Eżekuttiv, irriżenja u issa l-partit se jonorah billi Dr Bernard Grech tah il-barka tiegħu biex jitfa’ n-nomina biex jieħu promotion. Issa x’se jagħmel is-Sur Sammut meta jkollu jiffaċċja xi problema bħal ma ġralu fl-esekuttiv?

Il-Partit Nazzjnoalista suppost jaf x’ħolqot dik il-laqgħa li kien qed imexxi Mark Anthony Sammut li minħabba d-deċizzjoni li ħa, kien hemm nies li kienu fl-istess laqgħa tal-esekuttiv, li tellgħu lill-Partit Nazzjonalista il-qorti? Qabel tah il-barka tiegħu, Dr Grech saqsa minn dak li għadda hu u minn dak li għadda lill-esekuttiv dan ir-raġel, li qed jitressaq għal waħda mill-pożizzjonijiet għoljin fl-istess Partit Nazzjonalista? Qalulu lil Dr Grech kif kien imexxi l-laqgħat tal-esekuttiv dan il-kandidat? Dr Grech kemm infakkrek.

Dak ir-raġel li hemm ħdejk fir-ritratt li qed jitla’ ma’ dan l-artiklu, huwa dak il-bniedem li waqqaf nies jitkellmu waqt laqgħat tal-esekuttiv u mhux l-ewwel darba li b’ton ta’ suppervja qal li hu kien il-president tal-laqgħa u ħadd ma jindaħallu. Biss mid-dehra dan għandu l-barka ta’ fazzjonjiet differenti. Żgur li għandu l-barka tal-fazzjoni Bernard Grech, imma mingħajr dubju għandu l-barka wkoll tal-fazzjoni Busuttil magħquda mal-fazzjoni ta’ Manuel Delia u sħabu.

Ma ninsewx li dan kien wieħed minn dawk li, ta’ sikwiet, indirizza il-miġemgħa li kien hemm għall-velji jew protesti dwar Daphne Caruana Galizia. Dan huwa l-messaġġ li qed jibagħtilna Bernard Grech. Dr Grech dejjem jgħid li jrid iġedded il-Partit Nazzjonalista. Kien ikun ħafna aħjar li kieku jgħidilna li hu jrid jirriċikla l-Partit Nazzjonalista. Dan huwa messaġġ negattiv.

Possibbli partit glorjuż u suppost segwiet minn eluf ta’ nies, ma jsibx persuna li għandha baggage politiku aħjar minn ta’ Mark Anthony Sammut? Meta ngħid ‘baggage’ qed nirreferi għal dawk id-deċiżżjonijiet ħżiena li spjegajt li ħa ħafna meta kien f’pożizzjoni oħra importanti fl-istess partit. Possibbli li partit politiku kbir, ma jagħtix importanza deċiżżjoni li dan l-istess persuna ħa dwar elezzjoni li ttieħdet fil-kumitat esekuttiv?

Dak in-nhar ma kienetx deċizzjoni fuq min se jtella’ l-bandiera tal-partit mal-arblu fuq il-bejt, imma kienet elezzjoni li saret dwar minn jieħu siġġu fil-parlament. Daqshekk għaffeġ dan ir-raġel. Imma mid-dehra dan il-partit meta jkun irid jonora lil xi ħadd tal-qalba, ma jħarisx lura lejn xi dnub li jkun seta’ għamel. L-importanti li jiġi ringrazzjat għall-ħidma tiegħu biex itajjar lill-kap tiegħu. Dan huwa l-istess bniedem li saħansitra mar idur id-djar tat-tesserati, jiġbor il-firem ħalli jlaħħqu l-eluf, meta ttieħed vot ta’ sfiduċja fil-kap tiegħu. Mela kull min iħares lejn Mark Anthony Sammut jara fih nuqqas kbir ta’ lealta’. Jara fih bniedem diviżiv bejn l-istess tesserati. Jara fih bniedem li l-ambizzjoni tiegħu għas-siġġu fil-parlament ħaditu ħafna l-bogħod minn daru, basta jipprova jiġbor ftit voti fl-elezzjoni ġenerali li ġejja.

One thought on “Kollox lest biex Mark Anthony Sammut jsir President tal-Kunsill Ġenerali

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *