Is-Sewwa jirbaħ żgur

Blog post minn Kunsillier Nazzjonalista

Is-Sewwa jirbaħ żgur. Dawn huma l-famużi kliem li kien jgħid l-ex-Prim Ministru u President Emeritus Dr. Eddie Fenech Adami. Kliem li kien addattat ħafna għal dak iż-żmien u kellu kull raġun li joħroġ b’dak il-vers li kien ifisser ħafna f’dawk iż-żminijiet. Kienu żminijiet li sawru poplu sħiħ. Inbiddlu l-ideat u l-mentalitajiet. Pajjiż kellu bżonn riformi kbar li ftit ftit bdew isiru realtajiet. Pero tajjeb li wieħed jifhem li allaħares ma kinux dawk iż-żminijiet, għaliex kieku m’aħniex qegħdin fejn wasalna illum. 

Kienu propju dawk iż-żminijiet li minnhom writna demokarzija. Kien il-pilastru ewlieni li l-poplu Malti kellu bżonn u naħseb li b’maturita u responsabilita’ ntlaħqet. Illum dawn il-versi għadhom jintużaw minn xi erbgħa bażużli li jridu jirkbu fuq il-karru tas-sewwa meta huma jfissru dak kollu li ma huwiex sewwa. Nies li kienu anke jiffurmaw parti minn dak il-perjodu u għadhom jaħsbu li Malta tagħna ma tistax tgħaddi mingħajrhom u l-għerf tagħhom huwa indispensabbli għal pajjiżna.

Nies li kissru u għadhom ma humiex kuntenti bil-frakass li għamlu, u ninstab ċert li kieku Dr. Eddie Fenech Adami għadu involut fil-politika, kien jimmassakrahom. Ma nistax nifhem kif nies bħal Beppe Fenech Adami nnifsu, li jiġi iben Eddie, juża dan il-vers meta huwa jfisser dak kollu li ma kienx missieru. Min huwa ntiż fil-Partit Nazzjonalista żgur jaf x’qed ngħid.

Persuna li ma l-ewwel jiem li Dr Adrian Delia laħaq kap, għamel statement ċar li ma huwiex il-kap tiegħu. Is-sewwa għal Beppe Fenech Adami jfisser li tibni swimming pool daqs nofs ground tal-football ġo biċċa art wara d-dar. Din ovvjament hija nitfa mill-ħafna oxxenitajiet li rnexxielu jagħmel dan il-bniedem.

Dan il-vers iħobb jużah ħafna wkoll Dr Jason Azzopardi. Il-Beatu li jmur jitlob fuq il-qabar ta Kristu. L-oxxenitajiet li għamel dan l-avukat tas-sewwa tant huma kbar fin-numru li ma nafx x’ħin nispiċċa nikteb li kieku kelli nsemmihom kollha. Ċert li ħafna minnkom smajtu bihom u dan peress li dejjem jagħmel is-sewwa, qisu ħadd ma jista’ għalih, lanqas il-liġi.

Jidher ovvju li għandu ċertu saħħa fil-qrati tagħna, li suppost huma ċertifikat tas-sewwa. B’nies arroganti bħal dawn it-tnejn li semmejt ma nafx x’futur jista’ għandu l-Partit Nazzjonalista. Simili tagħhom hemm oħrajn li ġabu l-Partit Nazzjonalista fejn jinstab illum. Ineżistenti.

Leave a Reply