Irtirata l-biografija ta’ Mintoff mis-suq: kien ġara l-istess fir-rigward tal-biografija ta’ Mabel Strickland

Wara li l-familja ta’ Dom Mintoff, jiġifieri t-tfal tiegħu tkellmu li ma qablux ma’ dettalji mogħtija dwar il-ħajja sesswali tal-istess Mintoff u qalu li mhux minnhom, din il-biografija ġiet irtirata mis-suq. Mhux ser nidħol fuq din l-istorja għax onestament għadni ma qrajthiex u ma nistax nikkumenta. Biss bħala għalliem fl-universita’ fuq l-istorja sesswali u anki dik ġenjaloġika u tan-nies – suġġett li ppubblikajt numru ta’ biografiji qosra u xi wħud anki kontroversjali, nħoss interess partikolari f’din l-istorja. Żgur li hemm element ta’ teknika u metodoloġija akkademika speċifika ta’ kif għandha ssir riċerka ta’ dan it-tip. Jekk din intużatx f’din il-kitba ma nistax ngħid għaliex il-ktieb għadni ma qrajtux. Biss dak li nista’ ngħid li dan ma kienx xi każ ta’ ċensura bħal ma ġie allegat anki jekk naqbel ma’ dawk li jaħsbu li l-familja ma tistax tindaħal f’dak li jinkiteb. Biss dak li jinkiteb irid ikun jirrifletti l-verita’ tal-fatti. Dan jitlob riċerka u metodoloġija speċifika.

Qed inġib kumment interessanti li għamel Sergio Grech. Grech ippubblika u edittja numru ta’ kotba xjentifiċi dwar biografiji ta’ nies. Kelli l-unur li nikteb fil-kotba tiegħu. L-aħħar waħda ser tkun dwar Vincenzo Bonello li nispera li toħroġ dalwaqt. Grech jagħmel paragun bejn dak li ġara f’din il-biografija ta’ Mintoff u dak li kien seħħ meta ħarġet il-biografija ta’ Mabel Strickland – li kont ukoll ktibt dwarha fi ktieb ieħor li ħareġ l-istess Sergio Grech.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *