Where your opinion counts

Għaliex il-media u l-kanċillerija tal-Arċisqof Scicluna hija kontra l-Maġistrat Joe Mifsud?

Il-Ħadd kellna tliet editorjali u tliet karitaturi kollha kontra l-maġistrat Joe Mifsud. Kellna nies fis-social media jiktbu u jattakkaw lill-maġistrat Mifsud. Kellna ġurnalisti jattakkawh. X’uħud f’isimhom u oħrajn taħt profile falz. Manuel Delia, il-ħabib tal-kanċilliera tal-arċisqof Scicluna, tella’ blog u talbu biex jirreżenja.

B’kumbinazzjoni, dawn kollha ħaduha kontra l-maġistrat Joe Mifsud fl-istess ħin. Għaliex seħħ dan kollu? Għax Joe Mifsud huwa ex-kandidat Laburista u ex-ġurnalista? Ma naħsibx. Aktar naħseb minħabba l-valuri li jħaddan, jiġifieri, għax hu nisrani, jimxi fuq t-tagħlim tal-Papa Franġisku u huwa kontra l-abort u kontra l-leġizlazzjoni tad-droga kannabis għal skop ta’ divertiment. Imbagħad issib li l-kanċillerija tal-arċisqof Scicluna ġewwa l-Belt Valletta tikkonfoffa u tikkonġura kontra tiegħu! Imma għax il-maġistrat Joe Mifsud mhux aħdar u huwa kattoliku, il-gazzetti bl-Ingliż u l-kanċillerija tal-arċiqof Scicluna ħaduha qatta’ bla ħabel kontra tiegħu.

Biss jekk wieħed irid ikun jaf kemm din il-media hija selettiva wieħed irid jara lejn id-digriet li ta dan il-maġistrat. Xi ħadd staqsa għala l-Maġistrat ma bagħatx wieħed mill-periti fil-ħabs? Ġa ktibt li kien hemm it-talba tal-familja Pace li ma riditx tibgħathom il-ħabs. Biss possibli li ħadd ma nduna li fil-kawża kien hemm referenzi soċjali li mhux ser nidħol fihom hawn, imma l-mainstream media taf bihom u għall-iskopijiet tagħha ħallithom barra. Anki dan il-fatt, għaliex il-maġistrat hu kuxjentuż u ma jimxix x’kont tgħidlu Repubblika żammu f’moħħu fis-sentenza li ta. Kieku l-maġistrat għamel li riedet din il-media u Repubblika, u ta sentenza li jitneħħa l-warrant lil wieħed mill-periti kien ikompli jikkrealu problemi ta’ natura soċjali aktar milli ġa għandu.

Biss imbagħad dwar id-degriet li tal-Magistrat Mifsud, fejn ma aċċettax it-talba tal-kumpanija li jitneħħa s-sekwestru minn fuq il-makkinarju u jħalli x-xogħol jitkompla, il-media ma qalet xejn. Infakkar li l-kumpanija nkwistjoni għamlet talba lill-qorti – jiġifieri l-maġistrat Mifsud – fejn fiha talbet li jitneħħa s-sekwestru minn fuq il-makkinarju u jħalli jitkompla l-bini. Nixtieq ngħid li l-avukati tal-parte ċivili (jiġiferi) l-avukati tal-familja Pace ma oġġezzjonawx li jitneħħa dan is-sekwestru u jitkompla l-bini. L-avukat ġenerali oġġezzjona.

Biss l-maġistrat Mifsud ma laqgħax din it-talba tad-difiża u l-parte ċivili li dan is-sekwestru jitneħħa u x-xogħol jkun jista’ jitkompla għaliex hemm persuni li ser jgħaddu ġuri minħabba dan il-każ. Infakkar li wieħed mill-periti li nstab ħati u ma marx il-ħabs għandu azzjonijiet f’din il-kumpanija. Jiġifieri din id-deċizzjoni affettwatu ħażin. Ara fuq dawn il-fatti ma jinkitbux editorjali fil-media li tridha tat-tajba u tas-sewwa.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *