Where your opinion counts

Ammiratura ta’ David Thake tgħajjar l-elettorat Malti ċuċ u stupidu

David Thake kiteb żewġ tweets b’referenza għas-survey tal-bieraħ tat-Torċa, jiġifieri, tal-Ħadd 4 ta’ Lulju. Fl-ewwel tweet tiegħu qal xi ħaġa hekk;

Is-Survey tat-Torċa llum huwa ċara. Hemm qasma bejn il-Partit Nazzjonalista u l-maġġoranza tal-elettorat Malti. Jew il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista mhux qed jasal tajjeb u ċar biżżejjed jew il-poplu mhux qed jogħġbu il-kontenut.

Fit-tieni biċċa tat-tweet tiegħu kompla billi qal li huwa ukoll ċar li porżjon dejjem jikber tal-elettorat tilef il-fidi tiegħu fiż-żewġ partiti. Biss imbagħad kellna lil xi ħadd Angele Marie li rrispondiet lil David Thake b’dan il-mod u din se nikkuppja eżatt bl-Ingliż u nfehma aktar l-isfel:

What is clear is the majority of the Maltese voters are intellectually challenged gobshites’.

Ħa niġu għal dak li qal il-bravu David Thake, deputat tal-Partit Nazzjonlista u wieħed mill-elitisti ta’ Repubblika. Mela dan sab l-Amerika meta qal li bejn il-Partit Nazzjonalista u l-maġġoranza tal-elettorat hemm qasma. U dan id-deputat għadu ma jistax jirrealizza kemm hi kbira l-qasma tal-Partit tiegħu mal-elettorat. Imma ma jistax jagħmel hekk għax għadu jgħix f’La La Land u ma jridx jammetti li l-partit tiegħu mhux qasma biss għandu imma fetħa ta’ wied. Dan ma jammetti qatt li hu kien wieħed mill-perċimes tal-grupp ta’ ribelli li qasmu l-partit u bdew it-tkissir tiegħu f’biċċiet żgħar.

Dan huwa wieħed mill-elitisti li ngħaqad ma’ Repubblika u fetħu kanuni kbar kontra l-kap Adrian Delia. Dan kien wieħed minn dawk li mar fuq Xarabank u saħansitra tela’ jixhed il-qorti biex mingħalih iħammeġ lil Adrian Delia. Mela dan id-deputat ġo demmu għandu demm li jistimula l-firda mhux l-għaqda. Forsi jgħidilna hu llum ma’ liema fazzjoni qiegħed? Għax wara li keċċew lil Delia, il-fazzjoni mhux biss spiċċaw fil-Partit Nazzjonalista iżda żdiedu.

Imbagħad kompla jgħidilna li jista’ jkun li l-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista mhux jasal tajjeb jew il-poplu mhux jogħoġbu l-kontenut. Taf x’ma qalilniex; jekk il-poplu hux kuntent b’min qed iwassal il-messaġġ? Forsi l-poplu qed jgħidlek Sur David Thake li dment li tibqgħu hemm int u sħabek aħna żgur ma rridux narawkom, aħseb u ara kemm irridu nisimgħukom.

Naħseb Sur Thake aħjar tanalizza l-messaġġ li qed jgħaddilek l-elettorat. Lill-wiċċkom u kliemkom mimli valenu, għira, suppervja, superjorita, kilba u mitt ħaġa oħra, l-elettorat ma jridx jisimgħu iżjed! Anżi qed jitlob li tasal l-elezzjoni biex ifittex jeħles minnek u minn sħabek tal-blue heroes. Sur Thake, int u l-elitisti kollha sħabek qażżistu lil kulħadd u ma rridux jafu bikom iżjed. Kulħadd jaf kemm gdibt int fuq Dr Adrian Delia, tant li ammettejt li ma kont taf xejn fil-qorti, u kemm gidbu sħabek l-iżjed il-ħabib tiegħek Jason Azzopardi li meta ffirma id-dikjarazzjoni konġunta ma’ Adrian Delia, kellkom tibilgħu lsienkom u ma titkellmux iżjed għax spiċċajtu qiskom salt imzazen.

David Thake jiftaħar u sewwa jagħmel li l-Ingliż jafu tajjeb. Biss għalkemm kien hemm sinjura li rrisponditu, hu ma ċaħadtx dak li kitbet u ma qalx li ma jaqbilx magħha. Ħa naraw x’qaltilna din tal-ewwel klassi. Din qalet li dak li hu ċar hu li l-maġġoranza tal-votant Malti huma nies intelletwalment sfidati (jiġifieri intelletwalment batuti) u spiċċat tgħajjarna ‘gobshites’ li tfisser li l-elettorat Malti, jiġifieri aħna nies stupidi, injoranti u nkompetenti.

Hekk iqisuhom in-nies dawn l-ewwel tier jew tal-ewwel klassi. Se tiċħadha lil din il-mara Maltija li tgħix l-Irlanda u ttwitjatlek Sur David Thake? Għax fil-każ jekk le, anke int tħares lejn il-votant Malti bħalha.

One thought on “Ammiratura ta’ David Thake tgħajjar l-elettorat Malti ċuċ u stupidu

Leave a Reply to qurdina Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *