Il-ġlieda tal-Partit Laburista għad-distrett t’Għawdex

Blog post minn Osservatur Politiku

X’differenza enormi hemm bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista. It-Times of Malta semmiet u tat prominenza kbira lil l-għawdut li qed jiġri fil-kwartieri tal-Partit Laburista li minflok Manuel Mallia, li ġie nominat bħala Kummissarju Għoli l-Ingilterra, se jiġi coopted Jo Etienne Abela. Dan huwa konsulent mediku Għawdxi li diġa għandna konferma dwaru li hu kandidat għal għaxar u tlettax-il distrett. Jekk dan isir ikun ir-raba’ deputat li jkun ġie coopted minn Dr Robert Abela. Dan ikun sab postu fil-Parlament wara Miriam Dalli, Clyde Caruana u Oliver Scicluna.

Tgħid xi klikka fil-Partit Laburista se jagħmlu rewwixta bħalma għamlu dawk immexxija minn Chris Said meta l-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista vvota biex Jean Pierre Debono jiġi co-opted? Tgħid se jkun hemm klikka fl-eżekuttiv tal-Partit Laburista li se jmorru kontra r-rieda tal-mexxej u Prim Ministru Robert Abela bħalma għamlu grupp żgħir ta’ nies li waslu sabiex fetħu protest ġudizjarju kontra l-partit tagħhom stess?

Dak inhar Jean Pierre Debono kellu kull dritt jikkontesta dik l-elezzjoni fi ħdan l-eżekuttiv għal co-option fil-parlament għaliex hu diġa’ kellu l-vot tal-poplu tas-7 distrett peress li ġie elett fl-elezzjoni ġenerali. Jean Pierre Debono kien il-bniedem li ċeda s-siġġu tiegħu biex daħal fil-parlament il-Kap Nazzjonalista elett għall-ewwel darba bl-iżjed mod demokratiku u wiesgħa possibli: mit-tesserati tal-partit.

Peress li anke Kevin Cutajar kellu dritt jikkontesta dik l-elezzjoni, għamel sew li tefa’ ismu. Iżda meta Cutajar ġietu ħażina għax il-maġġoranza tal-eżekuttiv ivvota għal Jean Pierre Debono, xorta ntuża u ħa l-kwestjoni l-qorti. Dakinhar, Adrian Delia ma kienx f’sitwazzjoni b’saħħitha biżżejjed biex ikun kapaċi juri leadership u ma ddefendiex il-vot li ħa l-eżekuttiv. Dakinhar ċeda quddiem it-theddid tal-klikka. Jean Pierre Debono ċeda s-siġġu tiegħu għat-tieni darba u għaddiet tal-klikka biex b’hekk daħal deputat li żgur ma kienx wara Adrian Delia. Il-mistoqsija tiġi waħidha. X’gawda minnu dan kollu l-Partit Nazzjonalista? Aktar tilef milli rebaħ fuq id-distrett ta’ Għawdex.

X’differenza fil-Partit Laburista hux! Kollha jifhmu l-interess wiesgħa tal-partit u kollha jaqblu fuq dak li hemm bżonn. B’din il-mossa il-Prim Ministru se jkompli jkabbar il-monopolju li għandu fuq Għawdex. Fuq kollox, b’din il-mossa jkun ifisser li l-aktar deputat Labutista li ser jintlaqgħat l-aktar ħażin b’din il-mossa hija Justine Caruana. B’hekk il-Partit Laburista assigura li ser ikollu żwiemel jaħdmu fuq Għawdex.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *