Żewġ jew tliet items kuljum fuq il-kap Nazzjonalista

Dan is-sit jista’ jiżvela li ġurnalisti tal-Partit Nazzjonalista qed ikunu ppressati u ordnati minn fuq xi jxandru u fuq xix jitkellmu fil-programm ta’ Net TV u anki fuq r-radju tal-Partit Nazzjonalista.

Ġurnalist li tkellem miegħi qalli x’differenza minn żmien Adrian Delia. Fi żmien Adrian Delia kien jiġi jistaqsina għall-ideat tagħna. Issa qed ikunu imposti minn fuq xi nġibu.

Dak li hu importanti li Bernard Grech jidher. Issa qed ikun kuljum fuq NET TV, b’item waħda jew tnejn, u fuq il-faċċata tan-Nazzjon. Kien hemm min ġibidlu l-attenzjoni li dan kollu ‘over kills’ minħabba li kuljum Bernard Grech qed ikun fuq il-paġna ta’ quddiem ta’ Nazzjon.

Dan qed iwassal biex hemm deputati li ma għadhomx jisimu l-istazzjonijiet tal-PN! Fuq kollox qed iwassal biex nies u deputati Nazzjonalisti stess qed jgħidu li l-istazzjon tal-istat huwa wieħed partiġġjan. Biss dak tal-PN hu agħar għaliex issa dan ma għandux tal-PN imma sar l-istazzjoni ta’ Bernard Grech. Flok NetFM issa għandha Bernard Grech FM! Jidher li Bernard Grech huwa ‘completely out of his depth’. Dak li qed jiġri hu li Bernard Grech qed iwaħħal f’ħaddieħor. Infakkru li ‘coach’, kif urina dan l-aħħar l-eżempju tal-tim tad-Denimarka, il-coach tajjeb jipproteġi l-players tiegħu. Hekk għandu jagħmel kap ta’ partit. Minflok, Bernard Grech irid iwaħħal f’ħaddieħor. U jidher ċar li qed jitfa’ l-ħtija fuq il-viċi-kapijiet.

Leave a Reply