Alessandra Dee Crespo u l-governanza tajba fit-tribunal tal-arċidjoċesi ta’ Malta

Blog post minn osservatur politku

Kulħadd xortih fid-dinja Dr Mercieca! Kemm qrajt u kemm għaddewk minn kummenti koroh. Dan kollu għax tikteb u għandek blog. Dan kollu għax tgħid dak li tħoss. Dan kollu għax tikkritika lil min ħaqqu. Xlewk li kont tqatta’ ħin tikteb u tippostja fuq il-blog tiegħek fil-ħin tax-xogħol. Saħansitra waslu, għalija dan huwa attakk bla sens u nażżarda ngħid kattiv u bla qalb, biex kitbu lir-Rettur tal-Universita’ fejn taħdem, biex jippruvaw itellfulek ix-xogħol.

Ħa ntik eżempju issa biex nara għaliex ma għamlux l-istess lil xi ħadd li huwa wkoll impjegat. Huwa wkoll jaħdem full time ma’ istituzzjoni li din id-darba mhux mal-Gvern. Qed insemmi hawnhekk lil xi ħadd jaħdem mal-knisja. U tani fastidju dan u se nistaqsi fuqu, għaliex il-ħbieb, kollegi, membri tal-istess għaqdiet mal-persuna li se insemmi, kienu l-istess nies li lilek ippruvaw jagħmlulek ħajtek miżerja u saħansitra jtellfulek il-ħobżna ta’ kuljum meta jafu li inti wkoll għandek familja.

Is-Sinjura li qed nirreferi għaliha hija Alessandra Dee Crespo. Din il-mara kienet quddiem it-taraġ ta’ Kastilja takkumpanja lil Robert Aquilina li kien qed jindirizza konferenza stampa f’isem l-Għaqda Repubblika, fuq il-kwistjoni tar-rapport tal-FATF. Ma jimpurtax li din il-mara tipparteċipa f’Għaqda tas-Soċjeta Ċivili. Anzi nagħmillha kuraġġ u nkompli nħeġġeġ lil nies oħra jieħdu dan il-pass. Imma lili tweġġgħani ħafna kif jgħid l-ingliż it-two weights two measures.

Mela din is-sinjura taħdem bħala Kanċillier fi Tribunal Reġjonali tas-Sekonda Stanza tal-knisja f’Malta. Post pjuttost importanti fil-ġerarkija tal-knisja f’pajjiżna. Nimmaġina wkoll li huwa settur li jiffaċċja ħafna problemi u sfortunatament, ngħid jien, ikollhom ħafna xogħol. Barra min hekk huwa xogħol li jirrikjedi ħafna delikatezza u sinċerita’. Xogħol li jġib lill-ħaddiema ta’ dan it-tribunal wiċċ imb’wiċċ ta’ ħafna problemi fil-familji Maltin. Allura ngħid jien kif tista’ persuna li taħdem f’dawn is-sitwazzjonijiet ta’ inkwiet għal min ikun għaddej minnhom, ta’ diffikultajiet għal dawk il-familji li jintlaqtu minn dawn il-problemi, tkun hi jew sħaba li jattakkaw persuna u saħansitra jagħmlu pressjoni fuq min jimpjega biex ikeċċi ħaddiem minn tiegħu?

Jien din insib diffikulta kbira biex nifhimha. Għax jekk dan sar fuqek Dr Mercieca, jien li nikteb xi ħaġa fil-blog tiegħek, u rajt din il-persuna, li hi stess qalet li l-ftehim kien li jindirizzaw din il-konferenza fil-11 ta’ filgħodu, x’suppost nagħmel? Biss hemm aktar minn hekk. Kif jista’ persuna jidher quddiem dan it-tribunal fuq kawżi taż-żwieg tiegħu meta karti dwar il-ħajja privata tiegħu jgħaddu minn persuna attivista’ ta’ Repubblika? U jekk din il-persuna hija pubblika, dan ma joħloqx konflitt ta’ interess meta din tiftakar li ma tħares lejn wiċċ ħadd fil-kritika tagħha? U jekk din il-persuna tkun xi ħadd li Repubblika qed jattakka, x’fiduċja jista’ tibqagħlha din il-persuna fit-tribunal tal-knisja li trid tidher quddiemu? L-istess jista’ jingħad dwar persuna jew persuni li huma qrib dan il-moviment u jkollhom il-kawżi tagħhom tal-annulament. Fejn hu l-good governance f’dan it-tribunal tal-Knisja?

Infakkar li darba, karti mit-tribunal tal-knisja dwar separazzjoni u annullament ta’ żwieġ ta’ xi ħadd kienu spiċċaw għand Daphne Caruana Galizia u għamlet storja minnhom. B’hekk wieħed jistaqsi jekk involviment minn persuna daqshekk għolja ġewwa dan it-tribunal f’dawn it-tip ta’ attivitajiet tirriflettix governanza tajba min-naħa tal-Arċidjoċesi ta’ Malta? Dan qiesu għandek xi mħallef jew nies għolja tal-qrati jew taċ-ċivil jieħdu sehem f’manifestazzjonijiet pubbliċi!

Leave a Reply

Your email address will not be published.