Tafu x’inhi l-ewwel item tal-grupp parlamentari Nazzjonalista?

Tafu kif qed jibdew il-laqgħat tal-grupp parlamentari? Tafu x’kienet  l-ewwel item fuq l-aġenda matul l-aħħar laqgħa ta’ dan il-grupp? Naħseb ħafna ser jgħidu l-FATF. Kulħadd f’Malta kien inkwetat. U allura Bernard Grech kien ser ipoġġi dan bħala l-ewwel item tal-aġenda ta’ din il-laqgħa. Ikolli ngħid li min ħaseb hekk hu żballjat.

L-ewwel item fuq l-aġenda ta’ l-aħħar laqgħa kienet l-istess bħal l-ewwel item tal-aġenda tal-laqgħat preċidenti. Kienet tittratta kemm kien hemm mill-grupp parlamentari li xxerjaw id-diskorsi ta’ Bernard Grech fuq Facebook. B’hekk Bernard Grech ta statistika tan-numru ta’ dawk li xxerjaw il-posts tiegħu fuq Facebook u dawk li le. Dak li nista’ ngħid li n-numru tad-deputati li mhux qed jixxerjaw il-post jidher li qed ikun inkwetanti għaliex ġieli anki qabeż it-terz!

Bernard Grech qed jinsisti li biex tintrebaħ l-elezzjoni, id-deputati jridu jixxerjaw d-diskorsi tiegħu. Biss mhux kulħadd qed jaqbel u fl-aħħar laqgħa tal-grupp parlamentari, dan in-nuqqas ta’ qbil tela’ fil-wiċċ. Dan għaliex, din l-attitudni ta’ Bernard Grech wasslet biex żewġ deputati, wieħed minnhom li l-aktar li ħadem biex tajjar lil Delia u l-ieħor li normalment hu dejjem fuq id-difiza li qalulu li għandu jwaqqaf din l-attitudni. Fakkruh li l-elezzjoni mhix tiġrija presidenzjali kif qed jipprova jagħmilha Bernard Grech. L-elezzjoni mhux ser tkun elezzjoni ta’ Grech kontra Abela. Minflok Gonzi PN, Bernard Grech u t-tim tiegħu jridu jikkreaw GrechPN. Infakkar li Eddie Fenech Adami kien jinsisti mad-deputati tiegħu li elezzjoni qatt ma għandha tiddawwar f’elezzjoni presidenzjali. Anki jekk Eddie Fenech Adami kellu personalita’ politika kbira, xorta qatt ma ried li jkollu elezzjoni li jiġġielda fuq l-personalita’ tiegħu imma dejjem ried li elezzjoni tkun miġġielda bħala partit. Eddie Fenech Adami kien wieħed li kien jara l-elezzjoni tkun miġġielda f’Malta kif tkun miġġielda ġewwa l-Ingilterra li minn għandhom ħadna s-sistema parlamentari tagħna.

One thought on “Tafu x’inhi l-ewwel item tal-grupp parlamentari Nazzjonalista?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *