Peter Caruana Galizia jagħmel affidavit u jgħid li mhux kull min fetaħ kumpanija fil-Panama għamel xi ħaġa llegali

Wara tant snin li ilna nsimgħu bil-ftuħ ta’ kumpaniji fil-Panama, Peter Caruana Galizia għamel affidavit li fih qal li mhux kull minn fetaħ kumpanija fil-Panama kien qed jagħmel xi ħaġa llegali, jiġifieri ħażina u jista’ jkun hemm raġunijiet leġittimi biex dawn il-persuni fetħu kumpaniji fil-Panama! Mela issa l-Panama ma għadhiex kif qalilna Jason Azzopordi, wieħed mill-avukati ta’ Peter Caruana Galizia – a Grey listed country? Jiġifieri jekk Joseph Muscat jew martu (anki jekk mhux veru) fetħu kont il-Panama mhux bil-fors kienu qed jagħmlu xi ħaġa ħazina. Jiġifieri, il-Panama ma għadux pajjiż ħażin. Meta naqra dawn it-tip ta’ stqarrijiet nibda verament naħseb ħażin. Fuq kollox, dan l-affidavit wassal lil Joseph Muscat biex jagħmel post twil fil-Facebook page tiegħu li qed nġibu separatment.

One comment

Leave a Reply