Kif wieġeb Adrian Delia kumment fuq il-ħajja privata tiegħu?

Advertisements

Blog post minn osservatur politiku

Il-bieraħ, politiku Malti, deputat fil-Parlament tagħna, għamel post fattwali ħafna fuq din il-Festa. Dr Adrian Delia tella’ fuq il-facebook page tiegħu dan il-messaġġ:

Ejjew ngħożżu dak li jagħmilna Maltin. Filwaqt li nawgura l-Festa tal-Imnarja mill-aqwa lil kulħadd, ma nistax ninjora l-fatt li n-nazzjon tagħna qiegħed jitlef l-interess fit-tradizzjonijiet li jsawwru din il-festa tant għażiża u importanti fl-istorja ta’ pajjiżna. Għal sen’oħra minħabba l-imxija, ma jistgħux isiru l-attivitajiet marbuta ma din il-festa fil-Buskett. Fl-imgħoddi kien hawn min ried inessina t-tradizzjonijiet tagħna u aħna ġġielidna għalihom. Għalhekk ma nistgħu qatt ninsew minn fejn ġejna jew narmu dak li jagħmel il-poplu tagħna wieħed uniku fil-valuri u fil-prijoritajiet tiegħu”.

Milli qed naqra u nifhem Dr Delia ma kiteb xejn insulenti u qed ikun veritier ħafna mal-istorja ta’ pajjiżna. Kif appena Dr Adrian Delia tella’ dan il-post, Benedict Cassar pront pront għamillu kumment u dan ir-raġel qal hekk:

Waħda mit-tradizzjonijiet Maltin hi li raġel jibqa` mal-mara li żżewweġ sal-mewt. Sfortunatament ħafna Maltin tilfu l-interess f`din it-tradizzjoni”.

Ma tistax ma tgħidx li dan huwa kumment li ma għandu x’jaqsam xejn mal-kuntest tal-kumment oriġinali u fuq kollox ma tistax ma ssejjaħħlux kumment kattiv u li jweġġa’. Għal kumment bħal dan tistenna risposta u naħseb, kieku jien, il-kumment tiegħi kien jitniżżel bl-istess lingwa iebsa ta’ min kitbu. Imma l-għaġna ta’ Dr Delia hija ħafna aktar matura minn tiegħi. Ikolli ngħid li meta kiteb it-tweġiba tiegħu Dr Delia, la kien kattiv, la kien insulenti u lanqas weġġa’ lura lil min weġġa’ lilu. Dr Delia kiteb hekk:

Benedict Cassar għalkemm il-profile tiegħek mhux jidher, nifhem li l-intenzjoni tiegħek kienet li tweġġa’ lili u lil ħafna oħrajn. Infakkrek li karatteristika sabiħa Maltija hija l-mogħdrija kif ukoll il-karita u l-ħniena”.

Dak li nista’ nżid min-naħa tiegħi, li dan Benedict Cassar hu wieħed minn dawk ta’ wara Repubblika u Occupy Justice u dawn kulħadd jaf li wżaw il-kawża ta’ Daphne Caruana Galizia kontra l-istess Adrian Delia. Aktar kummenti min-naħa tiegħi jiġu superfluwi f’dan il-mument.