Illum Bernard Grech bagħat żewġ messaġġi lid-deputati tiegħu

Illum Bernard Grech bagħat żewġ emails lid-deputati tiegħu. Normalment fi żmien ta’ festi, l-ex-mexxej Nazzjonalista Lawrence Gonzi kien jibgħat messaġġ lid-deputati tiegħu jixtiqilhom il-festa t-tajba. Għan-Nazzjonalisti ta’ ċerta eta’, dan il-jum ifisser l-istrajk li kien sar u x-xalata organiżżata fl-Għadira. Minflok fakkar dawn l-avventimenti, is-segretarju privat ta’ Bernard Grech, Jeremy Gingell, bagħat messaġġ meta kien għadu l-anqas sebaħ. Mela minflok qalilhom il-festa t-tajba, bagħatilhom l-intervista ta’ Bernard Grech ma’ Ben Camille u talabhom biex jixxerjawha.

Qed jingħad li dan Gingell għandu salarju esorbitanti. Hu wieħed minn dawk li ġew impjegati fil-Partit Nazzjonalista wara li leħaq Bernard Grech fil-Partit Nazzjonalista.

Dan ma kienx biżżejjed. Wara irċevew stqarrija bl-ittra fejn fiha Bernard Grech talab li jmur jindirizza l-MCESD u James Pearson aċċetta. Bernard Grech kien konvint li kien ser jgħidlu le. Qlewh b’żejtu. Lagħbuh. Issa ġie mistieden biex jattendi din l-laqgħa. Fuq kollox, xi deputati qrawha bħala taħwida papali. Mela fuq naħa kellna lir-repubblika li qed jitolbu għall-Gvern teknokratiku. Fuq in-naħa l-oħra għandna lil Bernard Grech li qed jitlob lill-imsieħba tal-MCESD biex imur jindirizzahom fuq is-sitwazzjoni preżenti. Il-mistoqsija tiġi waħidha. Għaliex ma jmurx jindirizzahom teknokratiku, imma ddecida li jmur hu?

One comment

Leave a Reply