Where your opinion counts

Rijock u Jason Azzopardi

Trattament ta’ King! Dan it-trattament ħadu Jason Azzopardi minn għand blogger Amerikan taħt dan it-titlu – Kenneth Rijock’s Financial Crime Blog. Dan il-blogger jispeċjalizza fuq kitbiet li għandhom x’jaqsmu ma Ħasil ta’ Flus, il-Finzjament tat-Terroriżmu u l-Kriminalita’ Finazjarja. Rijock mhux soltu li jkollu kummenti favorevoli fuq pajjiżna u qatt ma rnexxieli jsib xi ħaġa tajba x’jgħid fuq Malta. Imma din id-darba sab u mhux talli hekk, talli qatt iqabbad lil xi ħadd biex jittroduċilu kelma b’kelma dak kollu li kiteb Jason Azzopardi.

Possibbli kull meta jsemmi lil Malta jkollu kritika biss x’jagħmel u issa għax silet id-diskors ta’ Jason Azzopardi sar kollu tifħir. Tgħid għaliex hux? Dan il-blogger jammetti li sa ftit snin ilu kien kriminal hu stess tal-ħasil tal-flus. Issa, dan għadu kif ħareġ artiklu ġo l-Amerika bi propaganda favur Jason Azzopardi u ta rigal lil Jason bit-tifħir tiegħu fuq. Minkejja li jgħix fl-Istati Uniti dan Rijock sab il-ħin biex jittraduċi d-diskors ta’ Azzopardi li għamel fil-Parlament.

Hu sempliċiment inkonċepibbli kif blogger fuq suġġetti tant speċjalizzati u tant għandhom bżonn ta’ ħsieb u analitika tajba, li jispiċċa jikkwota lil x’qal Jason Azzopardi fil-Parlament. Mhux biss ikkwotah imma qabel miegħu perfettament tant li kważi kkwotah kelma b’kelma.

Dak li nistgħu nikkonkludu li dan l-artiklu u dan id-diskors kien parti minn strateġija maħsuba sew minn qabel għaliex l-ewwel kellna lil Jason Azzopardi li għamel diskors imqanqal bħal li kienu kien attur li kien ilu jieħu lezzjonijiet tad-drama ta’ kif għandu jġib ruħu. Qiesu kien hemm xi għalliem tad-drama warajh jagħtih il-parir kif u meta għandu jagħmel il-ġestikolazzjoni kollha li ried jagħmel. Imbagħad dan id-diskors jispiċċa jiġi kkwotat minn Rijock ħalli b’hekk, anki jekk sar bil-Malti, jkollu l-impatt fuq id-dinja Anglo-Sassona.

Dan l-istess blogger dejjem kiteb artiklu mimlijin kritika għal dak kollu li jsir f’Malta. Il-problema ta’ dan il-blogger hija ħa reputazzjoni li jippubblika stejjer mimlijin gideb sfaċċat jew nofs veritajiet fuq Malta. Imma oħroġ il-għaġeb, kien fidilissimu lejn kull kelma li qal Jason Azzopardi. Tant hu hekk li bla ma trid tibda taħseb li dan l-artiklu seta’ kitbu Jason Azzopardi nnifsu.

Araw kif fetaħ l-artiklu tiegħu Rijock:

These are the main points covered by anti-corruption campaigner and Maltese MP Jason Azzopardi in his anti-corruption speech before Parliament this past week. It has been translated into English from the original Maltese, but it is not an official verbatim transcript or complete translation”.

Biss jien konvint li dan mhux il-każ ta’ kumbinazzjoni li Rijock kiteb kif kiteb fuq Jason Azzopardi u onorah bħala ‘anti-corruption compainger’ meta wieħed jiftakar li meta Azzopardi kien ministru żgur li ma għandux record tajjeb ta’ good governance!

One thought on “Rijock u Jason Azzopardi

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *