Alessandro Farrugia jiddetta minn jidher u minn le waqt il-konferenza stampa

Advertisements

Il-Ġimgħa xandrat storja fejn għidt li Alessandro Farrugia, li hu risponsabbli mill-media u l-kommunizzjoni tal-Partit Nazzjonalista beda jiddetta minn joqgħod wara l-kap waqt din il-konferenza u minn le mogħtija l-Ħamis 24 ta’ Ġunju. Alessandro Farrugia ma ridx lil viċi-kapijiet ipoġġu wara l-kap imma ried il-ħaddieħor, jiġifieri dawk tal-klikka biex joqgħodu wara Bernard Grech ħalli jiġu jidhru fuq it-TV.

Dan wassal għar-resistenza u b’hekk il-viċi-kapijiet kellu jitħallew ipoggu fejn normalment ipoġġu l-viċi-kapijiet tal-partit, jiġifieri wara l-kap. Biss fin-nofs, warajhom qiegħed dawk id-deputati li huma ta’ Bernard Grech, jiġifieri Claudette Buttigieg, l-inġinier Ray Callus u Claudio Grech. Id-deputati l-oħra tqegħdu fil-ġenb.

Biss Alessandro Farrugia ma kienx kuntent b’dan l-arrangament. Biddel lilu nnifsu fid-direttur tal-produzzjoni. Kien il-ħin kollu wara l-kamera, jiddetta liema shots għandhom jidhru u liema le. Spiċċa jagħmel xogħol ta’ reġista u direttur. Dan ifisser li beda jiddetta liema deputati jidhru u liema le fuq it-televizzjoni waqt din il-konferenza. Saħansitra ħa over mid-direttur li normalment ikun f’dik li tissejjaħ il-control room.