Għaliex it-tweġiba ta’ Bernard Grech għall-mistoqsija ta’ Jacob Borg hija nieqsa minn kull sens politiku?
Il-bieraħ tellajt blog dwar il-mistoqsija li għamel Jacob Borg, ġurnalist tat-Times of Malta, lil Bernard Grech waqt il-konferenza dwar l-FATF il-Ħamis 24 ta’ Ġunju. Mir-reazzjoni li kelli għal dan il-blog, jidher li kien hemm għadab fost in-Nazzjonalisti għal din il-kwalita’ ta’ mistoqsija li ma kellha x’taqsam xejn mas-suġġett diskuss. Imma għal kull mistoqsija ġeneralment ikun hemm tweġiba. U ħadt nota anke tar-risposta. Biss biex inkunu eżatti se nerġa’ ntella’ l-mistoqsija ta’ Jacob Borg u nżid magħha l-analiżi għat-tweġiba ta’ Bernard Grech.
“Your predecessor Adrian Delia, has actually been associated with money laundering. There was an FIAU report that detailed disputes of money laundering and there is also an ongoing inquiry about funds that he allegedly received from Yorgen Fenech. If you want to send a strong signal why haven’t you got rid of him?”
Bernard Grech wieġeb hekk:
“Dan huwa mument illi kulħadd, nerġa’ ngħid kulħadd, jingħaqad favur pajjiżna u favur il-poplu Malti u Għawdxi. Dak li semmejt int Jacob, bla dubju għandu jingħata l-attenzjoni meħtieġa anki hekk kif jiġi pruvat, pero…”
Mela jekk wieħed janalizza din it-tweġibar jsib li Dr Grech beda b’messaġġ tiegħu b’talba għal għaqda. Kważi kważi ta x’jifhem li għandu bżonn lil kulħadd magħqud miegħu biex jaħdmu mhux għall-partit imma għal pajjiż. Kliem sabiħ u li jolqtok. Biss meta kompla t-tweġiba tiegħu, il-messaġġ li ta ma tantx jagħmel dehen lil kap ta’ partit li suppost jieħu ħsieb in-nies ta’ madwaru.
L-ewwel qal li dak li semma Jacob Borg ‘bla dubju għandu jingħata l-attenzjoni meħtieġa’. Ħa nirriflettu fuq din il-biċċa. Dr Grech wera li ma ndunax li Jacob Borg lagħbu u waqa’ fin-nassa tieġħu. Kif spjegajt fid-dettaljat fl-artiklu ta’ qabel, dak kollu li staqsa fuqu Jacob Borg, parti minnha hija magħluqa għal kollox u parti oħra ilha aktar minn sentejn/tliet snin li sirna nafu biha u ma kien hemm ebda azzjoni minn ebda awtorita’ fuqha.
Mela fl-ewwel istanza jidher li Dr Bernard Grech ma jafx l-affarijiet li jirrigwardjaw lil wieħed mid-deputati tiegħu. Imma tidher aktar ċara meta tiftakar li Dr Grech għamel kampanja biex jaqla’ lil Dr Delia minn kap. Possibbli jridna nemmnu li dan ma kienx jaf, fuq ponot subgħajh, dak kollu li għadda minnu l-avversarju tiegħu fit-tellieqa u matul dawn l-aħħar tliet snin. Mela hawn għandna ndikazzjoni minn Dr Grech li għoġbu jkompli jilgħab il-logħba dispreġjattiva ta’ Jacob Borg.
Bħal kap ta’ partit, xogħol Bernard Grech hu li jiddefendi lil Adrian Delia mill-kalunnji u ma jħalli lil ħadd jattakkah. Anki jekk żballja għandu jiddefendi. Finalment, dan hu l-predeċessur tiegħu. Aħseb u ara meta kien fis-sewwa! Għax biex ġurnalist jinsa’ s-serjeta’ tal-greylisting u jiffoka, f’mument serji nazzjonali bħal dan, fuq tkeċċija ta’ Adrian Delia, ma tistax ma tiddiskrivijiex bħala oxxena.
Imma, sopra corna bastonati, jkollok kap ta’ partit li flok iwieġeb kif jixraqlu u jgħidlu li hemm ħafna aktar affarijiet serji x’niddiskutu f’dan il-mument flok il-pettekolezzi u l-ħdura, allura jkolli nasal u għall-konklużżjoni li Dr Bernard Grech ħa pjaċir bil-mistoqsija. Dr Grech ‘your attitude and reply speaks volumes’.
Biss ma kienx kuntent Dr Grech għax fl-opinjoni tiegħi kompla żied il-livell ta’ tgħaffiġ anke f’din ir-risposta li seta’ ħeles minnha b’mod ħafif, billi jgħidlu mur għati l-provi li għandek lill-awtoritajiet. B’dak li kompla jgħid ikkonferma kemm għad għandu nuqqas ta’ rispett u kemm għadu jibża’ minn Dr Delia. Biex kulħadd ikun jaf informazzjoni li forsi ftit jafuha hija, li Dr Adrian Delia fi kwalunkwe ħin, post jew diskussjoni, dejjem jiddefendi lil Dr Grech u jagħtih l-appoġġ sħiħ tiegħu.
Araw kif irreċiprokalu dan kollu Dr Grech. Qal ‘anki hekk kif jiġi ppruvat’ – kelma b’kelma eżatt. Dan ifisser li Dr Grech għadu jittama jew jixtieq li dak li qed jgħid Jacob Borg, li kif diġa’ għidt jidher li ma hemm xejn, jasal għall-kundanna u hekk Dr Adrian Delia jiġi mixli. Din ir-risposta li ta Dr Grech u li daħħlu għalija, mingħajr lanqas biss xamma, Jacob Borg, tat messasġġ ċar li għad hemm sens ta’ inferjorita’ minn Dr Grech meta jqabbel lilu nnifsu ma’ Dr Adrian Delia. Imma agħar minn hekk stqarr li ma jiddejjaq xejn li kif tiġi x-xoqqa f’moxta, itajjar lil Dr Delia u hekk forsi jkun qed iżomm ma’ xi akkordju jew arranġament li jista’ għandu mal-klikka li poġġietu.
BERNARD HUWA KOMPLICI FIL KORRUZJONI.