Għaliex id-diplomazija tagħna qed tfalli?

B’referenza għall-kritika li saritli dwar l-artklu fejn indikajt li s-Sur Cole se jkolli jitlaq minn Kummissarju Għoli ta’ Malta fl-Ingilterra, insostni li qatt ma missu xxandar li ser ikun innominat ambaxxatur ieħor minflok għar-Renju Unit eżattament wara li Malta ġiet greylisted u wieħed mill-pajjiżi li għamel lil Malta fuq il-lista l-griża kien l-Ingilterra.

Irridu niftakru li d-diplomazija hija monstru stramb ħafna. Jew tkun kapaċi għaliha jew le. Għalhekk jien qatt ma qbilt li f’pożizzjonijiet bħal dawn, ma jistgħux jitpoġġew ħbieb, jew ħbieb tal-ħbieb. Dawn jirrikjedu nies professjonisti li jafu jilgħabu l-logħba diplomatika li titlob finesse, moħħ stuż u ċar, parola facile u fuq kollox kapaċita’ ta’ argumentazzjoni soda, f’waqtha u pronta. Jekk xi waħda minn dawn ikunu nieqsa, tfalli.

Jiena lis-Sur Cole ma nafux u ma għandi l-ebda agenda kontra tiegħu. Allura ma nistax niġġudikah fuq il-kapaċita’ tiegħu. Biss jekk il-Prim Minstru deherlu li jniżżlu xahar qabel jagħlaq it-terminu tiegħu u dan t-tibdil ixxandar eżattment mar-rapport tal-FATF, il-Prim Ministru kien qed jibgħat messaġġ politiku u diplomatiku. Il-messaġġ li nitbagħat kien ċara. Kien hemm xi ħaġa li setgħet ma ħadmitx tajjeb fid-diskussjonijiet bejn ir-rappreżentant Malti f’Londra mal-Gvern Ingliż.

Żgur li r-rappreżentant tal-pajjiż irid jerfa’ xi responsabilita’. Jekk il-Gvern Malti ma għamilx użu mir-rappreżentanza tiegħu f’Londra f’diskussjonijet diretti mal-Gvern Ingliż, allura jkolli nikkonkludi li għandna nuqqas ta’ għarfien ta’ kif taħdem id-diplomazija u kif għandu jiġi utilizzat il-kap tas-sede fil-pajjiż barrani.

Kien hemm min uża l-argument li allura jridu jinbiddlu anke dawk li jirrapreżentaw lil Malta fl-Istati Uniti tal-Amerika u tal-Ġermanja. It-tweġiba tiegħi hija sempliċi. Jekk il-Gvern irid juri serjeta’ u jrid iħares lejn aktar diskussjonijiet intensivi mal-pajjiżi nvoluti, irid anki jaħseb biex jibdel il-wiċċ ta’ min kien qed jippreżenta f’dawn il-pajjiżna, speċjalment jekk ma wasslux. Ma jkunx jagħmel sens li jitħalla fil-post Ambaxxatur jew Kummissarju Għoli li jkun għadda minn sensiela ta’ diskussjonijet mal-Gvernijiet rispettivi biex diplomatikament jikkonvinċi vot tajjeb u dan falla. Biss jista’ jkun hemm affarijiet oħra li wieħed ma jidhrux imma li jikkonċidu fuq dak li ġara.

Jekk il-Gvern irid juri serjeta’ fl-attitudni li wiegħed, li se jagħmel ħiltu kollha biex jkompli jikkonvinċi lil dawn it-tliet pajjiżi, jrid jippreżenta ruħu b’nies kapaċi fil-korp diplomatiku. Din trid tinfirex fuq is-sedi kollha. F’dawn l-aħħar snin, Malta tilfet alleati kbar barra pajjiżna. Dan it-telf beda fuq livell politiku, meta l-partiti l-kbar tagħna tilfu alleati strateġici ġewwa l-Ewropa.

Infakkar li din mhix l-ewwel disfatta. Matul dawn is-snin, Malta tilfet l-alleanza tal-Italja. Illum tidher li qed titlef tar-Renju Unit. Joseph Muscat falla f’dak li xtaq jilħaq fi Brussel. Hemm bżonn aktar nies ippreparat u b’talent ta’ perżwazzjoni. Ġej perjodu iebes ħafna għal pajjiżna. Se ngħaddu minn diskussjonijiet iebsin ħafna.

Jekk il-Gvern irid juri li mpenjat serjament irid joffri diplomatiċi ppreparati akkademikament. Għandi naħseb, anżi ċert, li hemm ħafna persuni fis-servizz diplomatiku tagħna li qed jagħmlu l-almu tagħhom kollu. Imma la weħilna, u la waħluna tliet pajjiżi partikulari, li normalment nassoċjawhom bħala ħbieb ta’ Malta, il-partit politiku u l-gvern irridu mmorru quddiemhom bi grinta ġdida. Inkella se jkollna repetizzjoni ta’ diskussjonijiet li ma jagħmlulniex ġid.

Għalhekk ikun hemm bżonn ta’ uċuħ ġodda u demm ġdid.

One thought on “Għaliex id-diplomazija tagħna qed tfalli?

  1. Jien mall-ewwel hsibt li FATF kienet decizzjoni politika,ghalkemm ma rbattix mal vapuri russi.Izjed hsibt minhabba l-‘kuntatti’ mal Libja,ghax ghalija l-USA tarhom terroristi u grajjiet ohra ma tridx li jkun hemm l-ghaqda u l-paci.Naturalment USA tiddetta u l-puppies jobdu.[iz-zejt ghal vapuri russi ma kontx nafha]
    we

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *