Quo Vadis Malta?

Blog post minn John Spiteri Gingell

Il-korruzzjoni tal-poplu Malti attwah il-PN… Meta ġejna biex nagħżlu bejn is-sovranita’ u l-wegħda ta’ LM800,000,000, il-poplu għażel tal-aħħar. Dak kien il-mument li ġab saħta fuq dan il-pajjiż. Min dakinhar il-pjan kien (u bdewh il-PN ukoll) li nibnu ekonomija fuq l-ispekulazzjoni u fondi mingħand ħaddieħor (li dejjem jiġu with strings attached)- bl-ispekulazzjoni kulħadd jista’ jsir sinjur malajr iżda long term tkun qed tħaffer il-qabar tiegħek innifsek…

Qabel konna pajjiż sovran, mhux sinjur, veru f’sens materjali, daqs kemm hu llum għal ċertu nies – iżda l-poplu kien kważi ma jonqsu xejn… Kellna pajjiż trankwill, ma kellekx għalfejn lanqas tissallab bid-dejn biex tixtri appartament u trabbi familja- (jien għandi terraced house u biex bnejtha swietni t-total ta’ LM18,000 fl-1995 – bil-paga tiegħi biss stajt naffordjaha – illum anki garage jiswa iżjed) – u x’ġara min dakinhar?

Infqajna barranin, ekonomija mibnija totalment fuq l-ispekulazzjoni u c-cheap labour. Il-ħajja trankwilla ilha li marret il-baħar, infqajna barranin u ċerti areas saru tassew no go areas… Il-vjolenza, l-kriminalita’ u l-korruzzjoni splodiet. Bini bla sens kerrah kullimkien u rrovina pajjiż – tant li sirt tħossok fgat tgħix f’dan il-pajjiż, siegħa u nofs biex tagħmel vjaġġ ta’ ftit kilometri… Kulħadd fuq xulxin. L-istrings attached ġew imsarrfa (għax hadd ma jagħtik xejn ta’ xejn) – u l-valuri marru l-baħar, il-familji tkissru u kellna naddottaw valuri ‘ewropej’ li komplew jgħoddsuna ‘l isfel – minn waħda mill-aħjar rati ta’ fertilita’ fid-dinja spiċċajna l-agħar fl-Ewropa (1.14 li jfisser estinzjoni fi ftit ġenerazzjonijiet) – għandna aktar Maltin milli taħsbu li qed jgħixu fil-garaxxijiet waqt li ntellgħu blokk wara l-ieħor li jistgħu jintlew biss – jekk nimpurtaw dejjem aktar barranin – u erġajna rajna l-introduzzjoni tal-kerrejja – fejn jgħixu tmien min-nies ġo toqba – dak il-progress li għamilna.

Daħħluh f’sormkom dan il-progress u qed nirreferi għaż-żewġ partiti li bejniethom ħxew pajjiż. Jien, personalment f’laqgha tal-MUSEC kont ltqajt ma’ RCC bħala rappreżentant tal-Azzjoni Nazzjonali – u kien qalli li ‘intom wisq negattivi’ u ‘taraw kollox dlam’ – u jien kont weġibtu bl-akbar serjeta’ (naħseb kellu lil Chris Said ma’ ġenbu jekk niftakar sew) li d-daħla ta’ Malta fl-UE se ġġib saħta u li l-ewwel vittma ta’ dik is-saħta ser ikun il-PN innifsu – u dawn is-snin wara, naf li għandi raġun – għax meta tbiegħ ruħek dak li jiġrilek – illum il-PN katavru, jistenna lil xi ħadd jagħtih il-coup de grace biex ineħħih mill-miżerja iżda ċ-ċwieċ li jmexxuh baqgħu ma fehmu xejn u għadhom jiftaħru li ġabu s-saħta fuqna – u l-Labour x’għamel, overnight. Nesa l-oggezzjonijiet u l-prinċipji kollha li għalihom iġġieled fir-referendum, ħa r-riedni mill-PN u telaq jiġri bihom.. u ara fejn wasalna…

FATF u mhux FATF, jibqa’ l-fatt li qegħdin ngħixu illuzjoni li mhix sostennibbli, nonfħu bużżieqa li kienet se tinfaqa’ f’wiċċna anyhow… Jekk mhux illum, għada… U allura ngħid bħal ma jgħid il-Malti: kull deni ħudu b’ġid. M’għandix dubju li hemm ħafna interessi politiċi li m’għandhom xejn x’jaqsmu mal-korruzzjoni li ddeterminaw din id-deċizjoni (min jaħseb li l-Amerika jew il-Ġermanja m’hemmx korruzzjoni qiegħed fuq l-LSD) – imma kulmin għandu naqra melħ f’moħħu jaf li l-pajjiżi jaħdmu fuq bażi tal-interessi tagħhom u mhux dak li hu sew jew mhux sew jew minnu – fl-aħħar mill-aħħar, aħna irridu nduru fuqna nfusna u nistaqsu – x’razza ta’ pajjiż irridu nħallu lill-uliedna – u jekk din id-deċiżjoni ġġielna nirriflettu allura tkun serviet xi ħaġa- għax kif għaddejjin – FATF u mhux deħlin sparati fil-ħajt – u għandna l-arroganza li sejjaħnielu ‘L-Aqwa Żmien’…

Quo Vadis Malta – mhux int bħala individwu, iżda Malta jekk jinteressak – quo vadis?

One comment

  1. L-IMANUVRAR TAL AMERIKA TAL GERMANJA U TA L-INGILTERRA MIFLIJIN BIL KORRUZJONI MOHHOM BIEX JEQIRDU ID DINJA ISSA DAWRU IL KANNUNI FUQ IL LIBJA GHAX HEMM X’TERDA MA JUMUX MA JERGU IGGELDU LIL LIBJANI BEJNIETHOM.

Leave a Reply