Where your opinion counts

Lista li tipprova li l-Lejber jixxutja il-ballun barra l-lasta

Blog post minn osservatur

Dr Mercieca, ftit tal-jiem ilu kont bgħatlek artiklu fejn kont irreferejt għal fatt li l-Partit Nazzjonalista qed jagħmel l-autogoals u l-Partit Laburista qed jitfa’ l-ballun barra l-lasta. Persuna milli ssewġwi l-blogs tiegħi, kitbet dan li ġej f’kumment tagħha. “Dan il-blogger missu ta xi eżempju ta’ kif il-Gvern qed jixxuttja barra l-lasta. Mhux tikteb biss, trid tissustanzja dak li ktibt”.

Jien dan iċ-‘challenge’ naċċettah. Forsi tgħiduli li mhux il-waqt propizju li nikkomponi lista ta’ azzjonijiet. Biss din ġie komposta u kull mhu ser nagħmel nipproponiha xi uħud minn dak li ġie imsemmi f’din il-lista twila. Ħa niftehmu li l-FATF poġġietna fuq il-lista l-griża huwa diġa xhieda tal-fatt li l-partit fil-gvern qed jixxuttja barra l-lasta. Imma biex inkun għamilt dmiri, se nniżżel xi uħud minn dak li ġie mogħti f’din il-lista.

  1. L-istorja tal-kafe Premiere
  2. Il-pubblikazzjoni tal-Panama Papers
  3. Il-qtil makabru ta’ ġurnalista
  4. Il-bdil ta’ sitt kummissarji tal-pulizija f’seba’ snin
  5. Meta ssemma’ minn irjus kbar li jeżisti kabinett tal-kċina
  6. Meta qrajna l-famuż messaġġ ta’ mexxi, mexxi, mexxi fuq deċiżjoni nazzjonali
  7. Meta smajna fil-qorti li tista’ twaħħal f’Cardona, imma lili ssemminix
  8. Ċaqlieq ta’ flus lil ras kbira mplikati bħala kickbacks dwar il-passaporti
  9. Golden passports lil nies ta’ reputazzjoni kriminali
  10. Il-bejgħ tal-isptarijiet lill-Vitals
  11. It-telf ta’ mobile mportanti nofs siegħa qaleb arrestawh (bejn 5am u 5.30am)
  12. Il-medical visas tal-Libja
  13. Streamcast, kumpanija fl-IT, imfaħħra għax kienet se tinvesti €75 Miljun
  14. 13,000 ewro fix-xahar lil Sai Mizzi
  15. Il-job lil Melvin Theuma
  16. Il-bini tal-ITS jingħata lil DB bi press irħis li ma rriflettix il-prezz tas-suq
  17. Impjiegi mal-gvern galore f’Għawdex lejliet l-elezzjoni 2017
  18. Imlew Malta kollha bil-kaxxi tal-concrete
  19. Qtil ta’ mara fid-dar tagħha minħabba nuqqas ta’ serjeta’ fil-kontroll tal-bini
  20. Il-ħbieb b’pagi oxxeni u b’żewg jew tliet karigi.
  21. Michelle factotum fil-marigold bla awditjar indipendenti
  22. Tefgħu l-immigranti fuq Captain Morgan fix-xitwa meta kellna numri tal-Covid baxxi, imma fis-sajf le għax intellfuh il-business u allura l-flus.
  23. Irridu nħallsu mitt miljun ewro biex nerġgħu nieħdu l-isptarijiet f’idejna
  24. Muscat ordna lill-Awtorita’ tat-Turismu jagħtu kuntratt ta’ €80,000 lil Konrad wara li dak kellu jirriżenja mill-kabinett
  25. Irridu nħallsu 417 miljun ewro biex nerġgħu nieħdu l-power station f’idejna.
  26. Frame-up poilitiku fuq ir-raġel tal-ex-deputatat Giovanna Debono
  27. Ministru tagħti kuntratt lill-maħbub tagħha meta anqas kellu kwalifiċi biex iwettaq dak li qabbditu jagħmel
  28. It-tifla tal-konsulent ewlieni ta’ ministru tingħata direct order bħala avukata xhur qabel tiggradwa
  29. Il-Marigold Foundation ta’ Michelle Muscat preferuta għal donazzjonijiet minn min irid jixtri passaport
  30. Direct order ta’ 274 miljun ewro dwar l-isptar San Vincenz li kien kundannat mill-awditur ġenerali
  31. Naħseb li kkuntentajtha lis-sinjura li għamlet dak il-kumment.
  32. Fl-opinjoni tiegħi dawn kollha (jew kważi kollha) huma eżempji li setgħu jissarfu f’nuqqas ta’ fiduċja mill-FATF biex wasalna għal dan il-kulur griż.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *