Dr Francis Zammit Dimech jieħu siesta waqt konferenza stampa

Advertisements

Blog post minn osservatur politiku

Deher ċar li waqt il-konferenza stampa li ta Mario de Marco, is-segretarju ġenerali, Francis Zammit Dimech kien għajjien. Meta persuna tkun għajjiena, aħjar ma tidhirx waqt konferenza stampa diretta fuq it-television. Toqgħod hemm itteptep għajnejk u addirettura tagħlaq għajnejk meta kien qed jitkellem Mario de Marco, tagħmel brutta figura lill-Partit Nazzjonalista.

Dr Zammit Dimech isma’ minn kull min qed jikkritika lill-partit tiegħek li meta jkun wasal iż-żmien li ddoqq l-irtirata tagħmilha u ma tiddejjaqx. Il-partit għandu jirringrazzjak għax-xogħol li wettaqt imma wasal iż-żmien li l-Partit Nazzjonalista jkollu segretarju ġdid.