NGOs qed jieħdu l-krettu li suppost jieħdu l-Partit Nazzjonalista

Blog post minn osservatur politiku

Right on cue! Il-Ministri jibdew jirrepetu dak li kiteb Peregin u l-PN jaqla’. Tiftakru x’qal Peregin fuq il-Facebook page tiegħu li l-Partit Nazzjonalista għandu jingħaqad mas-soċjata ċivili, artiklu li ttella’ fuq dan il-blog ukoll? Dan il-ġurnalist qed jgħid lill-Partit Nazzjonalista li biex jiġri xi ħaġa hemm bżonn tingħaqdu mas-soċjeta ċivili, għaliex dak li qed jgħidu l-NGOs fuq, f’dan il-każ l-ambjent, fih iktar sugu minn dak li qed jgħid il-Partit Nazzjonalista. Fil-post tiegħu, Peregin kien ċar ħafna meta qal li l-NGOs qed jaħdmu huma ta’ oppożizzjoni fil-pajjiż.

Issa ejja nħarsu lejn dak li qal Aaron Farrugia fil-Parlament, it-Tnejn 21 ta’ Ġunju, meta kien qed jagħlaq id-dibattitu fuq l-estimi tal-ERA. Dan il-Ministru nduna li l-Partit Nazzjonalista m’għandu ebda viżjoni fuq l-ambjent. Fil-fatt għamel referenza lejn id-diskorsi tad-deputati nazzjonalisti, fejn beda jislet id-differenza bejn deputat u ieħor. Ħareġ ċar mid-diskors ta’ Aaron Farrugia li l-Partit Nazzjonalista m’għandux sinerġija fil-ħsieb. Ma hemmx studju unit u ma hemmx ideat tanġibli. Farrugia għamilha ċara li meta tiġi l-elezzjoni ġenerali l-għażla se tkun bejn iż-żewġ partiti prinċipali u mhux partiti politiċi u l-NGOs. Il-Ministru dan qalu fil-kuntest meta ddikkjara li l-NGOs ‘outsmarted’ il-Partit Nazzjonalista.

Huwa stqarr li iżjed qed issir kritika u joħorġu ideat mill-NGOs milli mill-Oppożizzjoni. Il-Ministru Farrugia talab lill-Oppożizzjoni biex meta tikkritika ma tibqax fl-arja imma tressaq ħsibijiet tanġibbli. Bħala eżempju biex isaħħaħ kliemu, hu qal lil Oppożizzjoni li mhux biżżejjed tgħid li taqbel fuq is-solar rights, imma trid toffri proposti. Kelliem minn l-Oppożizzjoni qal li l-Partit Nazzjonalista se joħroġ bil-proposti fiż-żmien propizzju.

Għalhekk il-Gvern qed jgħid li hu jrid ‘real politics’ u mhux ‘fairy-tale politics’ għaliex hemm deċiżżjonijiet li jridu jittieħdu u ma jistgħux jistennew iżjed. Fid-diskors tiegħu reġa rrefera għal dak li pproponiet Roberta Metsola meta ħarġet il-proposti tagħha fil-green manifesto jew environment manifesto. Roberta Metsola li ħarġet b’dan il-manifest qed tiġi sfidata mill-Ministru tal-ambjent li tirrispondi l-mistoqsijiet li poġġiehlha.

https://www.independent.com.mt/articles/2021-06-21/local-news/The-NGOs-outsmarted-the-Opposition-Aaron-Farrugia-6736234572

Leave a Reply