Chris Said jħassar minn fuq Facebook kritika kontra tiegħu.

Blog post minn osservatur politiku

Il-bieraħ, is-Sibt filgħodu, Chris Said tella’ post fejn irrefera għall-proposti tal-Partit Nazzjonalista għas-servizz tas-saħħa f’Għawdex. L-ewwel proposta tgħid li gvern ġdid Nazzjonalista jwaqqaf il-kuntratt li l-Gvern Laburista ffirma ma’ Steward Health Care biex dan l-isptar u allura s-servizz mediku jerġa’ jiġi f’idejn l-Għawdxin. Dan jagħmlu biex ikun jista’ jibdlu f’faċilita moderna ta’ 400 sodda. Tajjeb Chris prosit. Naqblu mija fil-mija. Imma l-kritika li qed jaqla’ Chris Said hija li hu qatt ma għamel xejn biex jieħu lura dan l-isptar u tnejn oħra ġo Malta. Chris Said seta’ jagħmel dan għax huwa wieħed mir-rappreżentanti tal-poplu fil-Parlament Malti. Dik il-pultruna tagħtik il-faċilita’ li tiftaħ proċeduri neċessarji fil-qorti kontra l-Gvern u l-kumpanija privata. Minn dan kollu Chris Said ma għamel xejn.

Biss membru parlamentari ieħor fl-istess Partit politiku tiegħu ħa dan il-pass. Għalkemm Malti ma tkellimx biss fuq iż-żewġ sptarijiet Maltin imma nkluda wkoll fil-kawża tiegħu lill-isptar f’Għawdex. Ara Chris Said meta għamel il-konferenza stampa l-isptar ta’ Għawdex biss interessah. Tgħiduli li hu min hemm jitla’. Veru. Imma bħala rappreżentant tal-poplu għandu jitkellem fuq kollox u allura fuq it-tliet sptarijiet. Imma apparti dan kollu.

Jien għidt li Chris Said ma jippermettix kritika. Hawn se nurikhom kemm dan id-deputat Għawdxi tilef kull kredibilita’. Dan fuq dak li għamel u dak li qed jagħmel, fuq dak kollu li għamel kontra l-kap tiegħu u issa kollega tiegħu, fuq li kien il-kmandant li ġarr warajh l-armata ta’ sħabu għand il-President ta’ Malta, fuq kemm ħadem biex itajjar lil Dr Adrian Delia, fuq kemm stinka biex jitla’ Dr Bernard Grech, ħafna Nazzjonalisti għadhom ma ħafrulux u jaf li ma tantx se jinsew li għax tilef elezzjoni ta’ kap fl-2017, ma ħafirix lil Adrian Delia u baqa’ jagħmillu tant ħsara.

Hawn se nagħti xi eżempji li jekk tfittixhom issa ma jssibhomx għax ta’ kodard li hu ħassarhom. B’dan li għamel qed juri li qed jiddejjaq jirredikola ruħu. Dan suppost politiku u min jidħol għall-politika jaf, li l-kritika hija xi ħaġa li trid titgħallem tgħix biha. Imma Chris Said le. Dan jħassar, jikkanċella, jgħatti. Araw x’qalulu: Marilyn Baldacchino Gatt meta kitbet:

‘Qed tneħħi il-kummenti li jiktbulek? How low can you go?’

Carmen Foland kitbitlu hekk:

‘Dr Adrian Delia was and still is the one who is so determined to get the hospitals back to the Maltese & Gozitans. Dr Adrian Delia is lawyer who goes up to court to get the hospitals back. You should all be thanking him..and not try to get the credit. Yes I repeat DR ADRIAN is the only one who is helping us to get the hospitals back’.

David Dalli qallu,

Dr Delia ma’ qadx jistenna biex ikun fil-gvern biex igib l-isptarijiet lura. Flok ħdiemtu kontra tiegħu kien ikun aħjar li kont miegħu f’din l-ġlieda għas-sewwa. Tidher li riesqa l-elezzjoni. Isthi.

Margaret Goggi qaltlu,

So much for freedom of speech’.

Mike Buttigieg kiteb hekk,

Sa fejn naf jien int mhux il-qorti mort iżda il-Palazz ta San Anton biex tkeċċi lil min verament qed jiġġieled biex iġib l-isptarijiet lura. ĦADD u QATT mhu ser jaħfirlek. Post L-IPOKRITI spiċċa. Jekk mhux ħa twarrab issa ha titwarrab fl-elezzjoni. Istħi jekk baqalek żejt f’wiċċek’.

Buhagiar Sandra Ann kitbet dan il-kumment,

Issa qed taħarqek qalbek għall-isptar t’Għawdex? Sa fejn naf jien waqt li Adrian Delia li kien il-kap tiegħek leġittimu kien qiegħed jiġġieled il-Qorti biex jerġa jingħata lill-Għawdxin int kont qiegħed il-palazz tal-President biex tnehhih minn kap. Kif jista’ xi ħadd qatt jafdak b’ħaġa waħda mġiddma? Jekk verament tħobb lill-PN dabbar żmienek skada b’għemilek stess kissirt il-karriera politika tiegħek. Ċaw u bye itlaq’.

Naħseb li b’dawn il-kummenti biss, li Chris Said ma felaħx għalihom, qed jasal sewwa dak li qed iħoss in-Nazzjonalist ġenwin. Dr Chris Said illum qed jitqies bħala l-bniedem li l-aktar li għamel ħsara lill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar erba’ snin. L-aktar ħaġa li tispikka hija li jekk iwarrab Chris Said ikun hemm ċans ħafna aħjar li Għawdex jista’, li mhux faċli, jiġi rkuprat mit-telf ta’ voti li jidher ċar li qed jintilfu bħalissa.

Leave a Reply

Your email address will not be published.