Il-Kummissarju tal-Pulizija ser jinvestiga lil Jason Azzopardi fuq għotjiet li ta?

Mela, il-President tal-għaqda Repubblika, Robert Aquilina, għamel rapport formali fl-għassa tal-pulizija u talab lill-kummissarju tal-pulizija biex jinvestiga lil Rosianne Cutajar għaliex tat tliet larinġiet lill-anzjani li jinsabu rikoverati fid-distrett tagħha. Sewwa għamel għaliex f’dan l-att verament hemm potenzjal jew aħjar l-intenzjoni min-naħa tagħha li tixtri l-voti ta’ dawn ix-xjuħ.

Sirna nafu li Prof. Arnold Cassola kiteb lill-Kummissarju tal-Istandards fuq dan il-każ ta’ Rosianne Cutajar u talab investigazzjoni. Intalbet ukoll li jinvestigazzjoni mill-Kummissarju tal-istandards fuq il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri għaliex ta Muffin, fuq  Alex Agius Saliba talli ta maskla u fuq Silvio Parnis tal-famuża għotja tar-roly poly. Fil-każ ta’ dan tal-aħħar, dawn ix-xjuħ li ħadu r-roly poly ma kienux mid-distrett ta’ Silvio Parnis. Biss ma għandix dubju li l-argument ta’ Repubblika jkun li l-intenzjoni tagħhom hemm kienet. B’dawn l-għotjiet riedu jixtru l-voti.  

Biss meta għotjiet isiru min-naħa tal-PN, tintalab xi investigazzjoni? Ma tarax. Ma għandix dubju li hemm l-għotja ssir att ta’ karita’ u mħabba.

Ftit tal-jiem ilu – mhux xhur – Jason Azzopardi mar ta għotja ta’ ikel ġo istituzzjoni tal-Knisja li tinsab fid-distrett. Ara din id-darba l-Arċisqof Charles Scicluna baqa’ b’fommu mitbuq. Ma qal xejn. Bħal Cutajar, Azzopardi mar ta din l-għotja ġo istitut li jinsab fid-distrett elettorali tiegħu. Ma ħax il-parir ta’ Kristu (Mattew, kapitlu 6, vers 3) li jgħid, li meta tagħmel għotja ta’ karita’, dak li tagħmel ix-xellugija ma għandix tkun taf bih il-leminija. Minflok, ħa ritratt u mar tellgħu fuq Facebook.

Ser ikun infurmat il-Kummissarju tal-Istandards ħalli jinvestiga din l-għotja? X’ser jinvestigah il-kummissarju tal-pulizija? L-arċisqof Scicluna ser jitlob biex din l-għotja tingħata lura għaliex potenzjalment din hemm fiha x-xiri ta’ voti? Infakkar li Jason Azzopardi hu l-avukat ta’ Repubblika. Kemm infakkar li l-korp tal-pulizija  ma kienx kapaċi jiġbor il-kompjuter Daphne Caruana Galizia! Daqshekk ser ikun kapaċi jinvestiga lil Jason Azzopardi!

3 comments

  1. Il PN kien hareg l iskema tac cedoli u bis sahha ta din l iskema , irnexxhielu jigbor eluf ta Euro. Nixtieq nistaqsi kif ghamel il PN biex dahhal il flus il bank meta ma kixiefx min ghand min gew u l provenanza taghhom. Kulhadd jaf li illum jekk tmur ‘bcertu amount ta flus il bank jistaqsik ruxxmata mistoqsijiet u jekk ma tirrispondihx jirrifjuta li jaccetthom . Din l iskema taghti lok ghal hasil ta flus jekk il provenanza tal flus tibqa mistura.
    Din ghanda tigi investigata kemm mill pulizija kif ikoll mil FIAU.

    • il-lejber kien ghamel l-istess haga meta hareg l-iskema tac-cedoli Charles jigifieri jekk il-PN ghandhu jigiinvestigat, mela tant iehor il-lejber ghx dan jammonta ghal hasil tal-flus ukoll, ma naghmlux mod jintuzaw zewg mwiezen wiehed mod u wiehed mod iehor hux?

Leave a Reply