Jason Azzopardi jitfa’ botta kerha kontra Mario De Marco fuq Facebook.

Blog post minn osservatur politiku

Fis-16 ta’ Ġunju, erġajna segwejna seduta tal-Kumitat Parlamentari tal-Kontijiet Pubbliċi fejn għal darba oħra smajna battibekki bejn Dr Karol Aquilina u Dr Giannella de Marco, l-avukat li qed jirrapreżenta lis-Sur Paul Apap Bologna. Huma istanti fejn tgħid, imma dawn affarijiet li jsiru waqt Kumitat Parlamentari, li hija l-għola istituzzjoni tal-pajjiż? Minħabba dawn il-battibekki smajna wkoll lill-qorti tippronunzja ruħha.

Din is-seduta qanqlet post Fuq facebook minn deputat, li ma kienx preżenti waqt is-seduta. Dr Jason Azzopardi kiteb dawn il-kliem fuq il-Facebook page tiegħu:

“illum u illejla ħareġ ċar ħafna il-linja ta’ ko-ordinazzjoni bejn il-Gvern, Partit Laburista, Yurgen Fenech u Paul Apap Bologna u d-difiża tagħhom. Aħsbu. Għala?”

Dr Azzopardi qed jgħidilna biex naħsbu u qed jistaqsina għaliex. Mela la jien m’hiniex qiegħed f’moħħu, la jien ma nista’ nasal qatt għal dak li jgħaddi mill-kuruturi ta’ moħħ dan l-avukat, għandi dritt nispekula bħal ma qalli biex nagħmel hu, naħseb. X’inhu għaddej bejn il-Gvern u l-Partit Laburista ma’ Yorgen Fenech u Paul Apap Bologna ma jinteressani assolutament xejn. Dawk hemm min jarah u jekk iħossu komdu, jitkellem fuqu. Jien se nobdi lil Jason Azzopardi, naħseb u nara għaliex wasal għal dik id-dikjarazzjoni tiegħu billi nħares lejn id-difiża li semma dan l-avukat.

Illum rajna lil Dr Giannella de Marco tiddefendi u tirrapreżenta lil Paul Apap Bologna. Kull meta jitressaq Yorgen Fenech il-qorti apparti avukati oħra jkun hemm Gianluca Caruana Curran li jiġi t-tifel ta’ Dr Giannella de Marco. Mela jien qed nifhem sew li b’dan il-kumment, Jason Azzopardi kien qed jirreferi wkoll għal dan avukati li qed jiddefendi lil Yorgen Fenech? Jiġifieri, Gianluca de Marco huma parti mill-koordinazzjoni bejn politika u business li tkellem dwarha Jason Azzopardi? Infakkar li dan ma jiġix biss it-tifel ta’ Giannella imma wkoll, in-neputi ta’ Dr Mario de Marco.

Jiġifieri Dr Azzopardi qed jagħmel 1 plus 1 billi jagħmel ‘common denominator’ il-kunjom de Marco. Biex inkunu morna ftit lura fl-istorja tal-Partit Nazzjonalista, kemm Mario de Marco kif ukoll Jason Azzopardi, kienu parti minn klikka waħda biex itajru lil Adrian Delia minn kap. It-tnejn kiexfu idejhom li ma kienux jissaportu lil Adrian Delia u ħadmu kemm felħu kontra tiegħu. Wieħed beda l-famuża ‘notinmyname’ u l-ieħor ixxerjahielu. Allura x’qed jgħid Jason Azzopardi li Dr Mario de Marco? By default qed jgħidlu li hu qed jiddefendi lil dawn in-nies ukoll. Mela nista’ nikkonkludi wkoll fil-ħsieb tiegħi, li dik l-għaqda li kienet teżisti meta kien hemm ir-ribelljoni kontra Adrian Delia u dawn kienu tant magħqudin li saħansitra sejħu lilhom infushom il-blue heroes, sfaxxa għal kollox. Issa spiċċaw jonsbu u jippruvaw jitfgħu fil-ħama lil xulxin.

Issa jekk xi ħadd għandu dubju minn din l-interpretazzjoni nistiednu jara dan il-kumment ta’ ċertu Paul Theuma taħt il-post tal-avukat Azzopardi fejn staqsih;

”Jien ghandi mistoqsija ghalik… ma taħsibx li l-pożizzjoni ta Mario de Marco m’għadhiex tenibbli fil-partit? Wara dak li qed jiġri fil-PAC, fejn membru tal-familja tiegħu qed tiddefendi korrott, naħseb l-ewwel ħaġa li għandu jagħmel hu li jitlaq mill-partit…u btw m’għandix problema għax qed tiddefendi d-dritt ta’ xhud… imma KIF”.

Din wasslet għal diskussjoni fuq il-Facebook page ta’ Jason Azzopardi kontra Mario de Marco. Dan l-avukat ħsiebu biss biex ikebbes in-nar u jaħrab ‘l hemm. Paul Theuma laqgħat il-musmar preċiż fuq rasu.

Leave a Reply