Il-laptop ta’ Daphne fih materjal li jista’ jimplika lill-familja Caruana Galizia fid-delitt? Għalhekk ġie meqrud?

Il-bieraħ t’lura, jiġifieri nhar is-16 ta’ Ġunju, Jason Azzopardi tella’ post fejn fih qal:

Illum u illejla ħareġ ċar ħafna il-linja ta’ ko-ordinazzjoni bejn il-Gvern, Partit Laburista, Jurgen Fenech u Paul Apap Bologna u d-difiza tagħhom. Aħsbu. Għala?

Apparti li wara dawn is-snin kollha, Jason Azzopardi l-anqas għadu jaf kiteb tajjeb l-isem ta’ Yorgen Fenech. Biss dak li ħareġ f’dawn il-jiem huwa l-fatt li l-pulizija għadha ma talbitx għall-kontenut tal-Laptop ta’ Daphne Caruana Galizia. Issa l-avukati ta’ Yorgen Fenech qed jgħidu li fih hemm materjal li juri li Yorgen Fenech huwa innoċenti.

Fi kliem ieħor, qed tkompli tkun imsaħħaħ il-fatt li Yorgen Fenech ġie fframjat. Kieku hemm materjali li verament juri li Yorgen Fenech huwa ħati, kieku ilhom li l-pulizija ġabru il-materjal ta’ dan il-laptop  u esponuh fil-qorti.

Il-poplu jrid jaħseb, kif qal Jason Azzopoardi, għala l-Korp tal-Pulizija Malti għad ma għandux il-laptop ta’ Daphne Caruana Galizia. Illum, il-poplu Malti jrid jistaqsi għala l-familja    Caruana Galizia ma riditx tagħti dan il-laptop lill-pulizija? U l-poplu jrid jistaqsi wkoll għala din il-familja dejjem riedu jagħżlu l-maġistrati li jagħmlu l-inkjesti tagħhom fuq dan id-delitt ikrah?

Biss id-digriet tal-Magistrat Montebello joħrog aktar dettalji inkwetati. Hija tgħid li l-pulizija qatt ma għamlet talba biex ikun ippriservat dan il-materjal. Għaliex? Issa Glenn Bedingfield allega li dan il-laptop ġie meqrud. U żied li dan ġie meqrud fuq ordni tal-familja Caruana Galizia stess.

Mela issa l-poplu jrid jistaqsi għala din il-familja ordnat li dan il-laptop ikun meqrud? Infakkar li sal-lum għadha ma ħarġitx ċaħad, la mill-familja u l-anqas mill-avukati tagħha, fuq din l-allegazzjoni serja li għamel Glenn Bedingfield fil-Parlament.

Ma nagħmlux mod li dak li qal Bedingfield hu minnu u dan il-laptop kien fih kontenut li jista’ jimplika lill-familja Caruana Galizia f’dan id-delitt? B’hekk jekk il-materjal tal-laptop tiksir u ntrema x’ser tagħmel il-pulizija issa jekk fih hemm materjal li jista’ jimplika lill-familja fid-delitt?

Infakkar li persuna qed tinżamm dawn ix-xhur kollha l-ħabs. Naħseb li fuq dan għandu l-poplu Malti jibda jaħseb u jistaqsi għala!

One comment

Leave a Reply