Għala rreżenja l-kandidat Nazzjonalista George Muscat?

Bħal ma ħabbart il-bieraħ, Erbgħa, 16 ta’ Ġunju, kien hemm ir-reżenja tal-kandidat Nazzjonalista George Muscat. George Muscat mhux biss irreżenja minn kandidat imma anki minn tesserat tal-Partit Nazzjonalista. Ir-raġunijiet li ta kienu dawk personali.

Dan is-sit jista’ jiżvela li dan l-kandidat kien qed ikun imwarrab u mhux jingħata spazju fil-Partit Nazzjonalista għaliex hu mitqies bħala li mhux ta’ Bernard Grech. George Muscat kien kandidat fuq is-sitt distrett elettorali. Fuq dan id-distritt, il-Partit Nazzjonalista ser itella’ tnejn jew jista’ anki jmur għall-wieħed. Bħal issa għandu żewġ kandidati fuq dan id-distrett li huma anki eletti bħala deputati fil-parlament. Dawn huma Clyde Puli u Ryan Callus.

Il-Partit Nazzjonalista preżenti jrid jagħti biss spazju lil Ryan Callus u fuq kollox lil Jerome Caruana Cilia. Dan is-sit jista’ jiżvela li d-direzzjoni tal-Partit Nazzjonalista hija li jingħata spazju kemm jista’ jkun lil Jerome Caruana Cilia. Hemm istruzzjonijiet ċari fil-media tal-partit, li kulħadd jaf li qed titmexxa minn Alessandro Farrugia, biex ikun imbutat Jerome Caruana Cilia.

X’hi jfisser dan? Dan ifisser li jekk il-PN mhux ser jagħti każ u spazju lil dawk li ma kienux ma’ Bernard Grech. Dan qed iwassal biex tiżdied id-divizzjoni fil-Partit Nazzjonalista. Kif qed jagħmel bħalissa l-Partit Nazzjonalista, dan il-partit qiegħed iħalli barra 30% ta’ dawk li kienu ma’ Adrian Delia. Dan kollu jfisser, f’terminu ta’ voti, li hemm mal-45,000 votant li huma ta’ Adrian Delia u qed jingħataw il-ġenb.

Infakkar li Bernard Grech tela’ bl-għajta tal-għaqda. Imma dan l-islogan sar illum ifisser il-falliment kbir li jinsab fih il-Partit Nazzjonalista.

One comment

Leave a Reply to qurdina Cancel reply