Is-siġillaturi tal-Partit Nazzjonalista mhedda li jitkeċċew minn Kunsilliera jekk jirrifjutaw li ma jibqgħux jagħmlu dan ix-xogħol

Il-Partit Nazzjonalista beda jaħseb u jħejji ruħu għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Sa hawn mhux problema. Anzi sewwa jagħmel. Elezzjoni tinvolvi ħafna nies. Xi wħud huma imħallsin talli jaħdmu għall-elezzjoni f’isem il-Partiti. Dawn jitħallsu mill-Kummissjoni Elettorali. Oħrajn imma jaħdmu b’xejn, għaliex dawn jagħmlu xogħol li mhux marbut strettament mal-kummissjoni elettorali iżda mal-partiti infushom. Fost dawk li jaħdmu b’xejn hemm dawk li jissejħu s-siġillaturi. Bħal ma jixhed l-isem, dawn huma nies tal-partiti politiċi li jissigillaw il-kaxxa tal-vot bis-sigil tal-partit. Min jagħmel dan ix-xogħol hu marbut li jmur darbtejn, darba filgħodu meta jitwaħħlu s-sigilli u darba filgħaxija meta jiġu ssigillati għotjiet tal-kaxxi tal-voti biex ma jkunux jistgħu jintefgħu aktar voti fihom.

Issa l-Partit Nazzjonalista qed jibgħat għal numru ta’ nies biex joqgħodu bħala siġillaturi. Iżda tant kemm hemm rabja lejn l-amministrazzjoni preżenti, li numru minn dawn in-nies qed jgħidu lill-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista li ma jridux joqgħodu jew jagħtu s-servizz tagħhom ta’ siġillaturi.

Dawk li qed jirrifjutaw, l-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista qed theddidhom li teħdilhom il-vot li għandhom fil-Kunsill Ġenerali. Fi kliem ieħor, qed tgħidilhom li ma jħalluhomx aktar kunsilliera fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.

Kif qalli wieħed milqut minn dan it-theddid. Verament wasslu fuq livell ta’ ħdura u theddid kontra n-Nazzjonalisti stess.

Leave a Reply