L-attakki kontra Joe Giglio jinfirxu fuq il-Facebook page tal-grupp Nazzjonalista minn persuna li vvutat lil Bernard Grech
Ftit tal-jiem ilu, jien kont ktibt li għaddejja kampanja kontra Dr. Joe Giglio. Dr. Joe Giglio ta’ avukat brillanti li hu mar jiġri fuq Facebook u tella’ post biex jgħid bil-pulit li dan mhux minnu. Dr. Bernard Grech ma damx ma daħal hu personalment fuq il-post u rringrazzjah.
Biss l-anqas għaddew ftit jiem, li din il-ġlieda bierda kontra Dr. Joe Giglio ma spiċċatx issa fil-pubbliku. Fuq il-Facebook page li ġġib l-isem Flimkien Nirnexxu – Grupp PN, persuna staqsiet minn huma l-kandidati Nazzjonalisti li ħerġin fuq id-distrett li jinkludi lil San Ġwann minn barra il-kandidat Dr. Joe Giglio.
Persuna oħra li ġġib il-kunjom Borg Cardona, kitbet pront pront li n-Nazzjonalisti għandhom jevitaw lil Joe Giglio għaliex dan kien viċin ħafna tal-giddieb! Hu sejjaħlu ‘the Liar’ b’referenza għal Dr. Adrian Delia. Dan ma kienx kumment minn persuna kwalunkwe imma minn persuna li hija magħrufa ħafna li kienet qrib l-istess klikka li ħadmet biex ittajjar lil Dr. Adrian Delia u tqiegħed lil Bernard Grech bħala kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista.

Minn għamel dan il-kumment, jiġifieri Stephen Borg Cardona, huma supporter ta’ Manuel Delia u Jamie Vella. Fuq il-Facebook page tiegħu ftaħar li vvota għal Bernard Grech.

Infakkar li waħda mill-kundizzjonijiet ta’ dan is-sit, Flimkien Nirnexxu – Grupp PN, hija dik li n-Nazzjonalisti għandhom ikunu maqgħudin u għandhom juru rispett lejn xulxin!
Joe Giglio huwa avukat brillanti imma politikament naive! Nistaqsi kemm-il darba stiednuh biex jagħti kummenti politiku waqt programmi tal-aħbarijiet fuq NET TV jew f’analiżi tal-ġurnali wara li kien tkellem kif tkellem fuq ir-riżultati xejn sbieħ li kien qed iġib il-Partit Nazzjonalista fis-surveys li qed isiru?

Lanqas hu maffeg il PN.