Mistoqsija lil Jason Azzopardi; qatt ħadt rigali mingħand Silvio tad-DB?

Advertisements

Wieħed mill-persuni li baqa’ b’ħalqu magħluq fuq l-approvazzjoni tal-permess tad-DB huwa Jason Azzopardi. Infakkar li Jason Azzopardi huwa biċċa waħda mal-familja Caruana Galizia u Matthew Caruana Galizia li jriduha tal-paladini ta’ dak kollu li hu ġust u sewwa. Il-gladjaturi tal-good governance.

Biss nixtieq infakkar li meta d-DB kabbar il-lukanda tiegħu ġewwa l-Ghadira, Jason Azzopardi kien ministru.

Nixtieq nistaqsi lil Jason Azzopardi jekk qatt ħa xi weekend break b’xejn mingħand id-DB fl-imgħoddi? Jekk qatt ħa xi ikliet b’xejn fil-passat mingħand Silvio tad-DB?

Infakkar li l-klijenti ta’ Jason Azzopardi, jiġifieri l-familja Caruana Galizia wasslu għall-settlement barra l-qorti mad-DB dwar is-sbatax-il libel li d-DB kien fetaħ kontra Daphne Caruana Galizia.