L-ERA kienet favur il-proġett tad-DB: Il-membri kollha tal-Bord ta’ kull sena jridu jagħtu rendikont tal-assi kollha tagħhom

Waħda mill-akkużi li saret lill-membri li vvutaw favur l-proġett tad-DB kienet li huma ġew mixtrija. Saħansitra kien hemm talba lill-awtoritajiet li għandhom jaraw l-assi tagħhom bankarji u propjeta’ mmobbli,kemm preżenti u anki futuri. Nixtieq ngħid li skont il-liġi tal-ippjanar, min ipoġġi fuq dan il-bord irid kull sena jagħti rendikont tal-assi tiegħu, jiġifieri, jrid jiddikkjara x’għandu flus il-bank, f’kull account, x’investiment għandu u l-propjeta’ mmobbli tiegħu. B’hekk akkużi bħal dawn huma infondati.

Dak li jrid jingħad huwa li numru ta’ strutturi, inkluż il-Awtorita’ tal-Ambjent (ERA) ma appuntat lil ħadd biex jirrappreżentaha wara li c-Chairman ma setgħatx jippronuzja ruħu fuq dan il-proġett wara li kien diga ppronunzja ruħu fl-2018,. Ic-chairman huwa l-Professur Axiaq u wieħed irid jgħid li fl-2018, dan kien ivvota favur.

Nixtieq infakkar li meta l-kap tal-ERA vvota favur, kien ivvota favur proġett li kien id-doppju ta’ dak li ġie approvat din il-ġimgħa. Għal daqs tant, wieħed jifhem illi dan il-proġett ġie mnaqqas bin-nofs (anki jekk jiena ma naqbilx miegħu). Dan iwassalni biex nikkonkludi li kieku l-ERA kienet tibgħat rappreżentant , dan kien ser jivvota favur il-proġett.

Meta tqis il-membri li kellhom jirrikużaw ruħhom minħabba s-sentenza tal-imħallef Mark Chetcuti, kieku dawn kellhom jitħallew jivvutaw, dan il-proġett kien jgħaddi b’marġini ikbar ta’ voti!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *