Alessandro Farrugia reġa’ daħħal lil Bernard Grech ġol-ħajt

Mela Bernard Grech ta kumment lill-media dwar il-flus li ngħata Joseph Muscat talli ma baqax Prim Ministru u rriżenja milll-parlament. Dawn huma flus li jingħataw lil ministri jew prim ministri – f’dan il-każ li ma jkunux leħqu l-eta’ penzjonabbli. Aktar l-isfel qed inġib x’qal Bernard Grech lill-media tal-knisja Maltija. Biss l-anqas leħaq il-kumment ta’ Bernard Grech ġie ppubblikat, li s-social media kienet mifqugħa b’kummenti kontra dak li qal Bernard Grech. Saħansitra Nazzjonalisti qed jgħidulu lil Bernard Grech li ma jafx x’inhu jagħmel u wisq anqas x’inhu jgħid.

Mingħajr ma nduna, in-nies stess fuq is-social media qed ifakkru lil Bernard Grech li din il-miżura li qed jikkritika lill-gvern preżenti kien daħħalha Lawrence Gonzi. Ħafna ministri Nazzjonalisti, meta spiċċaw, ħadu din iż-żieda. Iżda l-aktar li mar tajjeb b’din il-miżura ta’ Lawrence Gonzi kien Richard Cachia Caruana wara li l-Parlament kien approva t-tneħħija tiegħu minn Brussell.

Dan juri li l-PN u dawk li qed imexxu lill-Kap Nazzjonalista l-anqas jafu l-affarijiet tagħhom sew. Dak li nista’ niżvela li wara din l-istqarrija ta’ Bernard Grech u l-pożizzjoni li ħa hemm il-pariri ta’ Alessandro Farrugia. Dritt għal ġol-ħajt reġa’ daħħlu dan id-direttur lil Bernard Grech. Biss ħaqqu. Dan hu direttur li appunta Bernard Grech innifsu. Illum Alessandro Farrugia qed jieħu ħsieb il-kommunikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista.

Leave a Reply