Veru li s-Segretarju tal-PN, Francis Zammit Dimech, mar jiekol għal numru ta’ drabi mad-DB?

Nixtieq nistaqsi lil Francis Zammit Dimech jekk hux vera, f’dawn l-aħħar xhur, qabel ma kien hemm it-tieni smigħ tad-DB mill-Planning Authority, biex ikun approvat l-bini mostruż ġewwa Pembroke, mar jiekol mad-DB għal numru ta’ darbi matul 2020 u fl-2021 ġewwa il-Belt Valletta?

Qed nistaqsih pubblikament għaliex meta bgħatt email bil-mistoqsijiet lil Francis Zammit Dimech, huwa għażel li ma jirrispondinix.

Jikkonferma li hu mar jiekol numru ta’ darbiet fost l-oħrajn f’restaurant popolari ġewwa l-Belt? Għal-lum ngħidlu li dan ir-restaurant jinsab fi Strada Forni. ‘Il quddiem nixtieq konferma jekk kienx imur jieħu xi drink f’bar popolari f’South Street. Għall-issa kull ma qed nitolbu konferma jew ċaħda fuq kemm-il darba mar jiekol mad-DB. Nirringrazzjah bil-quddiem.

2 thoughts on “Veru li s-Segretarju tal-PN, Francis Zammit Dimech, mar jiekol għal numru ta’ drabi mad-DB?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *