Where your opinion counts

Il-kunsill Nazzjonalista ta’ San Ġiljan jitlef 1.2 miljun favur ir-residenti tiegħu biex jagħtihom lill-Kunsill Laburista ta’ Pembroke

Jekk hemm prova ta’ kemm qed jaħdem ħażin il-Partit Nazzjonalista, dan hu dak li ġara din il-ġimgħa li għadda ġewwa l-Awtorita’ tal-Ippjanar. Matul din il-ġimgħa kellna l-approvazzjoni tal-proġett tad-DB. Ma’ dan il-proġett kien hemm marbuta 1.2 miljun li dawn kellhom imorru favur ir-residenti milquta mill-proġett. Dan l-ammont huwa xi ħaġa li toħroġ mill-liġi tal-ippjanar għaliex kull proġett massiv hemm ammont ta’ flus li jridu jmorru favur ir-residenti milquta mill-proġett.

Issa xi ħaġa li forsi n-nies ma jafux hi, li dan il-proġett qed iseħħ primarjament fil-konfini ta’ San Ġiljan. Anki jekk f’din iż-żona ma hemmx residenti Ġiljaniżi, dawn il-flus, fil-maġġoranza tagħhom, jekk mhux kollha strettament kienu dovuti lil dan il-kunsill. Il-proġett, kull ma għandu faċċata fuq it-territorju ta’ Pembroke. Issa dan il-kunsill ta’ San Ġiljan hu mmexxi minn maġġoranza Nazzjonalista. Hu mmexxi minn sindku li kien kontra Adrian Delia.

Min-naħa l-oħra, dan il-proġett ser jolqot l-aktar lir-residenti ta’ Pembroke minħabba li jinsab fil-konfini ta’ dawn ir-residenti. Imma anki jekk kien ser jolqot lilhom, dawn il-flus, minħabba issue ta’ konfini, kienu legalement dovuti lir-residenti ta’ San Ġiljan li fil-maġġoranza tagħhom huma Nazzjonalisti.

Jien ma naqbilx ma dan il-proġett. Biss l-argument tiegħi hawn huwa ieħor. Il-proġett ġie approvat. Mela l-iżviluppaturi issa huma marbuta li jagħtu dawn il-flus għal proġetti fil-kommunita’. Dawn kellhom imorru skont il-liġi għal kunsill Nazzjonalista ta’ San Ġiljan.

Il-kanċillier Soċjalist Ġermaniz Willy Brandt kien ħoloq espressjoni politika importanti ħafna. Huwa sejħilha realpolitik. Dan hu dak li jonqos fil-Partit Nazzjonalista, u dan ħareġ b’mod tajjeb nhar il-Ħamis.

X’għamel is-sindku ta’ San Ġiljan? Biex mingħalih juri kemm jaf, Albert Buttigieg qal waqt il-laqgħa tal-Iżvilupp, li hu jirrifjuta dawn il-flus għaliex, skont hu ma jinxtarax. Bħal li kieku kull kunsill li ħa xi flus minn żviluppi fil-passat ħadhom għax inxtara!

Biss din tista’ titqies bħala botta lill-Kunsill Laburista ta’ Pembroke. Imma fil-Malti għandna espressjoni biex tikkwalifika dak li għamel is-sinklu ta’ San Ġiljan. Dan qata’ mnieħru – biex ma nużax espressjoni oħra – biex jinki lill-mara.

Kieku kien stuz, ma kien jgħid xejn. Kien jieħu dawn il-flus li finalment, dan mhux xi proġett li ser jaffettwa lir-residenti tiegħu l-aktar u jużawhom għall-ġid tar-residenti ta’ San Ġiljan. Imbagħad kienet tiżdied aktar il-pressjoni politika fuq il-kunsill laburista ta’ Pembroke. Fuq kollox, dan hu proġett li l-aktar li ser jaffettwa huwa lir-residenti ta’ din il-lokalita. B’hekk b’dak li għamel Albert Buttigieg, aktar saħħaħ idejn Kunsill Lokalita’ Laburista milli kompla dgħajjef lill-Lejber. Dan għaliex dan il-proġett xorta ser isir. Issa l-kunsill laburista ta’ Pembroke għandu 1.2 miljuni xi iroxx waqt li l-kunsill Nazzjonalista ta’ San Ġiljan baqa’ bla lira. Ir-residenti Nazzjonalisti ta’ San Ġiljan ser jibqgħu b’xiber imnieħer! Kemm-il darba ser ikollu l-opportunita’ l-kunsill ta’ San Ġiljan jieħu fondi ta’ 1.2 miljun fi proġetti għall-ġid tal-kommunita’ tiegħu!

Din l-istorja turi kemm ma għandux strateġija l-Partit Nazzjonalista. Mhux talli tilef il-flus, talli ta dan il-flus lill-avversarji tiegħu biex aktar ikomplu jsaħħu jdejhom. Imbagħad wieħed jiskanta kif id-distakk tela’ għall-aktar minn 65K.

One thought on “Il-kunsill Nazzjonalista ta’ San Ġiljan jitlef 1.2 miljun favur ir-residenti tiegħu biex jagħtihom lill-Kunsill Laburista ta’ Pembroke

Leave a Reply to qurdina Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *