Għaliex il-PN b’ħalqu magħluq dwar il-proġett tad-DB?

Mela l-PN ħareġ stqarrija fuq il-proġett li għadu kif ġie approvat mill-Planning Authority tad-DB. Hawn qed nitkellmu fuq it-torrijiet li ser jinbnew flok l-iskola tat-turiżmu f’San Ġiljan. Tafu x’ma qalx il-Partit Nazzjonalista u s-sindku Nazzjonalista ta’ San Ġiljan? Li l-perit ta’ dan il-proġett hu ex-ministru Nazzjonalista, Jesmond Mugliett. Tafu wkoll x’ma qalitx l-isqarrija tal-Partit Nazzjonalista? Tafu min hu l-avukat tad-DB? L-avukat tad-DB kien mar jitkellem f’isem il-klijent ġo Kastilja. L-avukat tad-DB huwa l-avukat Mario de Marco. Ara dawn l-affarijiet il-Partit Nazzjonalista ma jgħidhomx!

3 comments

  1. “If this project concerned a controversial development like the Zonqor University or the Delimara plant, I would not have accepted the legal brief in the first place,” (mario demarco)

Leave a Reply