Mario Galea mogħti l-ġenb mill-Klikka ta’ Bernard Grech

Blog post minn osservatur politiku

Għadni kif kont qed nisma’ live mill-foyer tad-Dar Ċentrali lil Bernard Grech jitkellem. Fost affarijiet oħra qalilna dawn il-kliem:

“…kellna din il-ġimgħa, mill-aspett politiku, l-proposti illi ntgħoġbu, illi ntlaqgħu tajjeb ħafna fil-qasam tas-saħħa mentali. Kellna lil Julie, lil Paula u lil Stephen li anka għamlu konferenza stampa fejn spjegaw b’mod dettaljat il-proposti tagħna f’dan il-qasam li huma varji imma forsi l-iktar illi ntlaqtu tajjeb kienu proprju li se jingħalaq l-isptar taħt gvern Nazzjonalista, l-isptar Monte Carmeli, li allura dak l-ispazju nutilizzawh b’mod differenti għall-bżonnijiet anki tal-Maltin u l-Għawdxin imma mbagħad nibnu sptar ġdid li jkun fil-prossimita ta’ Mater Dei, proprju li jkun indirizzat fil-bżonnijiet tal-lum għas-saħħa mentali”.

Mistoqsija ċara u skjetta, min hu l-kelliem tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament fuq is-saħħa mentali? Għadni kif iggugiljajt biex inkun ċert u sibt li hu Mario Galea. Fejn hu Mario Galea? Kif ma ssemmiex Mario Galea? Issemmiet minn Bernard Grech il-konferenza stampa li dawn it-tlieta għamlu? Anki f’din il-konferenza stampa, Mario Galea, biex tkompli tgħaxxaqha, lanqas kien wieħed mit-tliet kelliema. Kif l-anqas semmieh lil Mario Galea, Bernard Grech? Imma dawn x’affarijiet huma? Tafu li dan huwa espert f’dan il-qasam? Mario Galea huwa l-bniedem li hu stess għandu problemi ta’ saħħa mentali. Ma jien qed ngħid xejn ġdid għax kull fejn ikun jitkellem hu stess u jgħid li jsoffri minn dan it-tip ta’ mard. Barra minn hekk huwa nurse, b’esperjenza vasta fis-suġġett. Huwa wkoll għalliem fuq dan is-suġġett tant delikat fl-universita’. Jiena nafu jagħmel riċerka kbira fuq is-suġġett u dan jirriżulta mid-diskorsi tiegħu fil-Parlament, li kull darba juri li jkun diskors studjat għax jirreferi għal ħafna artikli u statistika pubblikata internazzjonalment. Se nistaqsi wkoll.

Jista’ l-Partit Nazzjonalista jispjega lill-poplu Malti bniedem li jaf daqshekk is-suġġett jiġi mwarrab mill-Partit Nazzjonalista. Bir-rispett kollu, lil kull wieħed li tkellem, ħadd daqs Mario Galea ma huwa daqstant intiż fuq dan is-suġġett.

Strateġija f’idejn iċ-ċwieċ. B’imħattra li dawn il-proposti li huma kollha tajbin għamilhom Mario Galea u huma xogħlu? Jekk dan huwa minnu, verament tal-mistħija.

Napprezza risposta mingħand il-Partit Nazzjonalista jew xi ċaħad ta’ dak li qed ngħid. Mela kif tista’ ssir konferenza stampa biex tippreżenta l-proposti fuq is-saħħa mentali u tħalli barra, minn fostok, espert fil-qasam?

Jaqaw din hija biċċa xogħol ta’ Alessandro Farrugia għaliex hu risponsabbli mill-media u l-kommunikazzjoni? Jaqaw Alessandro Farrugia qed jistħi li jkollu lil Mario Galea fuq il-panel biex jaffronta l-ġurnalista għaliex mhux tal-altezza tal-ewwel tier għaliex ibati bi problemi mentali?

Il-Partit Nazzjonalista jrid jgħidilna b’mod ċar u tond, min ħareġ b’dawn il-proposti għax jekk dawn taħthom hemm iffirmat l-isem ta’ Mario Galea, jien qed nibgħat messaġġ ċar li jien niddisprezza dawn it-tip ta’ deċiżżjonijiet. Fid-dinja akkademika u legali, dan jgħidulu plagarism u plagarism huwa reat.

Jekk veru ħallejtu barra lil Mario Galea b’xi skop ulterjuri, veru qed tibagħtu messaġġ li lanqas mil-lat emozzjonali ma għandkom ebda dritt tiggvernaw lil pajjiżna.

Leave a Reply