Lil min ħa jkun qed jagħti ċ-ċwievet tal-Uffiċju ta’ kap Bernard Grech f’Ottubru li ġej?

Issa hija kważi ċerta li l-Partit Nazzjonalista ser jitlef l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Il-mistoqsija ma għadhiex jekk hux ser jerbaħ jew jitlef, imma b’kemm ser jitlef. Skont is-survey tal-Ħadd li għadda, it-telfa li jmiss ser tkun ikbar minn dik li kellu Simon Busuttil fl-2017. Infakkar li f’dik l-elezzjoni, id-distakk bejn il-Partit Laburista u dak Nazzjonalista kien ta’ 40,000. L-elezzjoni li jmiss, it-telfa ser tkun ikbar mit-telfa li ġarrab Dr. Adrian Delia fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li kienet ta’ 42,000 distakk.

Dak li hu żgur li wara t-telfa elettorali li jmiss ser ikun hemm elezzjoni għal kap ġdid. Matul dawn l-aħħar erba’ snin, il-Partit Nazzjonalista kellu tliet kapijiet. Dr. Simon Busuttil daħal fl-istorja tal-Parlament Malti bħala l-ewwel kap tal-Oppożizzjoni li ma sarx Prim Ministru. Andrea Delia daħal fl-istorja politika ta’ Malta li mhux biss kien it-tieni kap tal-Oppożizzjoni li ma sarx Prim Ministru, imma kien it-tieni kap tal-Oppożizzjoni li ma kkontesta l-ebda elezzjoni ġeneral qabel ma leħaq kap. Bernard Grech ser ikun it-tielet kap tal-Oppożizzjoni li ma hux ser jilħaq Prim Ministru. It-tielet wieħed li sar kap tal-Oppożizzjoni li ma kkontestax elezzjoni qabel ma sar kap, u l-ewwel kap li, jekk l-elezzjoni ssir f’Ottubru, dam sena biss fit-tmun.

Wisq probabli, ser ikun wkoll l-ewwel kap li ħaraq karriera politika qabel bdiet. Simon Busuttil u Adrian Deliaqed qed jerġgħu jissemmgħu bħala kapijiet papabbli. Imbagħad hemm uċuh ġodda, fosthom Roberta Metsola, Roselyn Borg Knight u Joe Giglio. Biss jista’ jkun hemm xi ħadd kompletament ġdid.

Fuq livell politiku, Malta għandha żmien interessanti quddiemha.

Leave a Reply