Where your opinion counts

“L-għajta bħalissa hija li l-Partit Nazzjonalista jinsab f’dan l-istat minħabba nies bħalek, Dr. Simon Mercieca!”

Blog post minn kunsillier Nazzjonalista

Illum il-Partit Nazzjonalista qiegħed f’sitwazzjoni li kull meta l-bella kumpanija li qed tmexxih tgħid xi ħaġa, din ma titwemminx, anki jekk dak li tgħid tkun il-verita’ sagrosanta. Bħal ma ngħidu bil-Malti: jekk narak nieżel mit-tqarbin ukoll ma nemmnikx. Iktar ma jitkellmu iktar qegħdin jgħaddsu lill-partit fl-abbissi. Il-poplu tilef kull fiduċja fihom. Biss ħadd ma hu qed jgħid għaliex seħħ dan kollu. Għala meta xi uffiċjal jew kandidat jew deputat jitkellem mhux qed jitwemmen anki jekk jgħid is-sewwa? Dan għaliex l-establishment tal-partit hu skreditat. Dan tort tiegħu. Għaliex qabel ma ġie skredidat mill-poplu, dan skredita lilu nnifsu. Dan seħħ għaliex l-establishment ipprova jiskredita kull persuna li qalet is-sewwa, imma s-sewwa ma daqqx għall-widnejhom.

B’hekk x’inhi s-soluzzjoni issa? Huma diġa’ qegħdin iġibu l-iskuża li ħadd ma għadu jemmen lill-Partit Nazzjonalista minħabba dawk li jiktbu u jitkellmu kontra Bernard Grech. L-għajta bħalissa hija li l-Partit Nazzjonalista jinsab f’dan l-istat minħabba nies bħalek, Dr. Simon Mercieca! Dawk li qabel Ottubru li għadda xebgħu jitfgħu t-tajn, li ħafna minnu weħel, issa jriduha kollha kemm huma tal-verġni. Issa jridu l-għaqda. Trid tinkiteb storja fuq dawn l-avvenimenti li qed jiġru llum fil-Partit Nazzjonalista.

2 thoughts on ““L-għajta bħalissa hija li l-Partit Nazzjonalista jinsab f’dan l-istat minħabba nies bħalek, Dr. Simon Mercieca!”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *