Where your opinion counts

Jason Azzopardi jitfa’ botta lil Joe Giglio waqt li jieħu gost li l-Ħamruniżi mhux se jieħdu sehem fil-UEFA Champions League.

Ftit tal-jiem ilu, jien għidt li hemm ġlieda bierda għaddejja kontra l-avukat Joe Giglio fil-Partit Nazzjonalsita. L-avukat Joe Giglio tella’ malajr post fuq il-Facebook Page tiegħu biex jgħidli bil-pulit, ta’ avukat li hu, li dan mhux minnu. Wieħed minn dawk li rrisponda mill-ewwel taħt dan il-post kien Bernard Grech innifsu u rringrazzjah.

Issa x’ser jgħid Joe Giglio wara l-aħħar post li tella’ Jason Azzopardi fuq Facebook? Kulħadd jaf li kien hemm trikki trakki fl-imgħoddi, fil-Partit Nazzjonalista, bejn Jason Azzopardi u Joe Giglio.

Jason Azzopardi għadu kif tella’ post biex jifraħ lill-UEFA wara li ddikkjarat li l-Ħamrun mhux se jieħdu sehem fil-UEFA Champions League f’dan l-istagun. Din l-aħbar ġie mogħtija minn NET News. Jason Azzopardi shared din l-aħbar ta’ NET NEWS fuq il-Facebook page tiegħu u kiteb li din hija aħbar tajba għal kull min huma minn Raħal Ġdid.

Ma hemmx dubju li Jason Azzopardi qed jinħeba wara l-futbol biex jitfa’ botta bil-pulit lil Joe Giglio. Jien ukoll minn Raħal Ġdid u ma nieħux gost b’aħbarijiet bħal dawn kontra tim ieħor Malti. Mela għalija din mhix aħbar tajba allavolja minn Raħal Ġdid!

Post bħal dan juri li Jason Azzopardi ma għandux rispett lejn in-nies u l-partitarji Ħamruniżi. Biss jien ma għandix dubju li bħala delettant tal-futbol, Jason Azzopardi jaf li l-avukat tal-Ħamrun, li għamel is-sottomissjonijiet lill-UEFA, kien Joe Giglio nnifsu!

Fi kliem ieħor, Jason Azzopardi qed indirettament jgħid lil Joe Giglio – it-talba tiegħek ma ġietx milqugħa mill-UEFA!

Nispera li issa Joe Giglio u Jason Azzopardi jgħidu li dan mhux minnu u jtellgħu ritratt fuq Facebook jieħdu cafe flimkien!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *