Wara li xebgħu l-liberali jgħajru lil Fr. David Muscat faxxista, Manuel Delia spiċċa jipproponi l-istess affarijiet li ilu jippriedka dwarhom Fr. David Muscat!

Manuel Delia ġie kkwotat minn Lovin Malta dwar dak li qed jitlob, jiġifieri li Malta tkun fuq quddiem f’dawk li hu sejjaħ bħala ‘minimum tax plans’. Imma dan mhux dak li ilu jitkellem dwarhom Fr. David Muscat? Kemm ilu jippriedka dwar ‘tax harmonization’ Fr David Muscat! Mhux l-istess ħaġa qed jgħid issa Manuel Delia!

Imbagħad il-media tal-liberali tieħu għaliha għax tkun ikkritikata. Mela meta Fr. David Muscat tkellem dawn l-affarijiet ġie mgħajjar Faxxista u ntalbet it-tkeċċija tiegħu minn qassis. U meta dawn l-affarijiet jgħiduhom il-liberali, bħal Manuel Delia, dawn jsiru l-eroj u l-media tibda tgħidilna kemm qed jgħidu s-sewwa. Anzi jgħidulna, kif ġara f’dan il-każ, kemm hu kbir Manuel Delia u l-gvern għandu jieħu l-parir tiegħu. Jekk jieħdu, qaltilna l-Lovin Malta, Malta tibda tmexxi revoluzzjoni.

Verament kliem Kristu ma hawnx isbaħ minnu. Verament oqbra mbajda! (Mattew 23; 27-28).

Leave a Reply