Manuel Delia attakka lil Alfred Sant: nesa meta hu kien impjegat bħala person of trust.

Blog post minn osservatur politiku

Fl-aħħar ġurnata tax-xahar ta’ Mejju, Manwel Delia kiteb artiklu jgħajjar lil ex-Prim Ministru ta’ Malta, Dr Alfred Sant. Hu ħa pjaċir ifakkarna l-aħħar diskors li kien għamel Alfred Sant fl-aħħar ġranet tiegħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Manuel Delia għamel ħiltu kollha biex jgħaddi biż-żmien jew jitmejjel b’Alfred Sant. Skond dan l-artikolista, Manuel Delia, meta dak in-nhar Alfred Sant kien wissa li teżisti xibka ta’ korruzzjoni li kienet taħdem minn wara l-kwinti, ironikament kien is-suċċessur tiegħu, Joseph Muscat, li mexxa l-iżjed gvern korrot fl-istorja ta’ pajjiżna. Manuel Delia fuq dan il-pont ma kienx skorrett sa l-aħħar, imma jkollok tgħid li l-ipokrezija ta’ dan il-bniedem ma għandiex limitu. Għaliex qed ngħid dan?

Għax illum Manuel Delia jiftaħar li ra d-dawl. Illum huwa jgħid li ma għadu leali lejn ebda politiku, lejn ebda Partit, jiġifieri lejn ħadd. Huwa ra d-dawl wara li daħħal il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi fil-ħajt bil-froġa enormi li kien għamel bl-Arriva, biċċa xogħol li mexxa hu mill-bidu sal-aħħar. Ma kienx kuntent li għaffeġ kemm felaħ, tant li ħareġ bħala kandidat mal-Partit Nazzjonalista fl-2013 meta l-elettorat litteralment irriġettah. Issa Manuel Delia jridha tal-paladin tar-rule of law u tal-ġurnaliżmu perfett. Li ma jgħidx is-Sur Delia huwa x’kien jagħmel hu meta kien wieħed minn dawk li pappewha f’Kastilja. Għax forsi ftit huma dawk li jafu, li qabel ma ntrabat mal-karru ta’ Austin Gatt u sar il-kap tas-segretarjat tal-Ministru, Manuel Delia kien wieħed mill-assistenti ta’ Richard Cachia Caruana f’Kastilja, imħallas mit-taxxi tagħna lkoll. Ftit jafu li dak in-nhar Manuel Delia kien wieħed mill-persons of trust li kienu jaħdmu f’Kastilja.

Qed jiġu quddiem għajnejkom il-kitbiet ta’ Manuel Delia jikkritika, jikkundanna u jinsulenta ‘left right and centre’ lill-persons of trust illum? F’dak iż-żmien il-Berġa ta’ Kastilja xegħlet bl-aħbar li nkiteb ktieb li kien jismu ‘SANT KONTRA SANT’. Id-diċerija tiġri mhux biss fil-kuruturi tal-Berġa ta’ Kastilja imma anke fl-uffiċini kollha li jinsabu f’Kastilja li dak kien l-ewwel ktieb li kiteb Manuel Delia. Hawnhekk nixtieq nistaqsi lil Manuel Delia biex jikkonferma jew le jekk dawk id-diċeriji li kien hemm jiġru fil-Berġa ta’ Kastilja kienux veru jew le? Qed nistaqsi għal din il-konferma, għax dan il-ktieb ma kienx iffirmat. Għalhekk peress li miniex ċert, qed nistaqsi b’mod edukat jekk kienx hu li kiteb dak il-ktieb fuq Dr Alfred Sant? Dan il-ktieb kien ippublikat fl-1999 u ħareg mill-PN, sena wara li l-PN reġa’ lura fil-gvern wara l-waqa’ l-Gvern ta’ Sant li niftakru sewwa li dak il-gvern kien waqa’ sforż il-ġlieda li Alfred Sant kellu ma’ Dom Mintoff. Dak iż-żmien, niftakru sewwa lil Manuel Delia, li kien imħallas mit-taxxi tal-poplu, kien iqatta’ ħafna ħin jikteb u jsaħħan lill-poplu kontra Alfred Sant. Għax dik kienet il-mentalita’, li meta l-avversarju jkun l-iżjed dgħajjef tieh bis-sieq ħalli teqirdu. Dan Manuel Delia għamlu minn wara l-kwinti. Tgħid se jerġa’ jibgħat lil l-awtur ta’ dan l-artiklu jieħdu f’sormu Manuel Delia bħal ma għamel xi ġranet ilu lil wieħed mill-kontributuri fuq dan is-sit?

One comment

Leave a Reply