Il-Kummissjoni tad-Dixxiplina fil-Partit Nazzjonalista ma għadhiex tiffunzjona

Bernard Grech tela’ bl-għajta tal-għaqda. Imma spiċċa b’partit li qed jiddisintegra, b’ħafna nkwiet intern. Fil-verita’, il-politika ta’ Bernard Grech ma tista’ qatt iġib l-għaqda. Il-politika tiegħu hija waħda: politika ta’ esklużjoni. Din hija l-politika li qed immexxu l-ġenerali tiegħu li jaraw lil min ser iwarrbu u ta’ dan qed jitħallsu 40,000 euro fis-sena.

Fuq kollox, din il-politika ta’ esklużżjoni qed iseħħ fil-kamp liberali nnifsu. Qed isir għażla bejn nisa u nisa fil-kamp liberali tal-Partit Nazzjonalista. Din qed tkompli ġġib firda fil-partit. Fuq kollox, ma hemmx qbil fuq numru ta’ pożizzjoni fil-istess partit. Dan qed iwassal għal aktar tiżgwid u nkwiet. Illum hemm numru ta’ membri li jaħdmu fil-kumitati tal-Partit Nazzjonalista li qed jgħidu li ma jridux jaħdmu aktar fil-partit. Ġa hemm numru li waqqfu jaħdmu wara li kien hemm l-aċċettazzjoni ta’ kandidata favur l-abort.    

Biss l-inkwiet issa estenda anki fi ħdan il-kummissjonijiet li hemm fil-Partit Nazzjonalista. Il-Kummissjoni  tal-Etika, Dixxiplina u l-Media Soċjali fi ħdan il-Partit Nazzjonalista ma għadhiex tiffunzjona għal dawn l-aħħar sitt xhur wara diżgwid intern fiha.

3 comments

  1. Jekk m hemmx xi jgib hlief li bhal issa l pn mardum taht avalanga ta 50000….and still going up

Leave a Reply