Il-Partit Nazzjonalista qed jgħid li dan hu survey pożittiv ieħor

L-affarijiet li qed jiġru fil-Partit Nazzjonalista l-anqas jitwemmnu. Il-Partit Nazzjonalista qed jgħid li dan hu survey pożittiv ieħor. Dan għaliex skont il-Malta Today, Bernard Grech mar tajjeb għaliex akkwista 3 punti fuq is-survey l-ieħor. Il-Partit Nazzjonalista qed jgħid li miexi ‘l quddiem. Fil-verita’ hu kien ġa tilef 10 punti qabel. Mela kull ma ġara hu li ġabar 3 punti imma għadu 7 minn taħt. Dak li nista’ngħid li qed isiru surveys oħra li mhux biss ser jikkonfermaw dak li ħareġ fil-Malta Today, iżda li d-distakk li qed ibassru bejn iż-żewġ partiti huwa ikbar.

Quddiem din is-sitwazzjoni, Bernard Grech għadu jaħseb li ser jerbaħ. Fil-mediċina hemm espressjoni li jgħidilha ‘death trajectory’, jiġifieri jekk xi ħadd jaf li ser imut, jibda jipprepara ruħu.

Dan hu partit li sejjer lura, imma qed jaħseb li ser jerbaħ. Minflok jitwassal messaġġ ejja naħdmu aktar għax qegħdin lura, il-messaġġ li qed jitwassal huwa wieħed ta’ esklużżjoni u elitiżmu u liberaliżu sfrenat.

Leave a Reply