X’hemm wara r-reżenja ta’ Therese Comodini Cachia?

Blog post minn qarrej ta’ dan il-blog

Kull ma jgħaddi ż-żmien, aktar jirriżulta li min jitwieled tond ma jmutx kwadru. U dan jiġri f’ħajjitna minn żmien għal żmien. Tibda tispera li bniedem jitgħallem minn żballji tal-passat u li bihom ikun jista’ b’xi mod isewwi l-futur.

Dan żgur li ma jgħoddx għall-Partit Nazzjonalista u cioe għall-klikka li rvinatu f’dawn l-aħħar snin.
Kulħadd jaf x’għamlet Therese Comodini Cachia minn appena kif daħlet sew fix-xena politika Maltija. Urtat lil kull min ivvutalha għall-elezzjonijiet ġenerali. Issa, sħabha li jħobbuha ħafna, riċentement tant kienu devoti b’imħabba liema bħala li saħansitra kienet qed tkun imbuttata bħala iż-żiemel tagħhom għall-elezzjoni tal-kap tal-Partit Nazzjonalista, iżda meta irrealizzaw li iċ-ċansijiet tagħha li tegħleb lil Dr Adrian Delia kienu remoti, qatagħulha saqajha barra u neħħewlha kull ħsieb li seta’ kellha fil-garigori ta’ moħħha li tikkontesta għal din il-kariga.

Issa, sabiex tkompli titfa l-melħ fuq il-ferita, ħarġitilhom mis-sunnara, u ċumbum qaltilhom li lanqas biss għad għandha interess li tikkontesta bħala kandidiata mal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni li jmiss u bil-pulit qed tgħidilhom li ma tridx lanqas ikollha x’taqsam mal-partit li ġabuh frak.

Kemm nitħassar lill-partitarji ġenwini Nazzjonalisti li min jaf kemm taw lill-partit li tant iħobbu. Ġabulhom partit minn wieħed  glorjuż, għal partit tal-bigilla. Kap li qed joħlom li sa 300 jum ieħor jaf ikun il-Prim Ministru ġdid ta’ pajjiżna.

Ibqgħu tmejlu bin-nies, forsi jekk jgħaddu tliet ġenerazzjonijiet oħra, tibdlu l-attitudni u ssiru naqra umli, tneħħu l-ħdura li tiddi f’wiċċkom, nafu nibdew it-triq tar-riabilitazzjoni. Iżda l-akbar froga, għamluha dawk id-deputati li marru għand il-President tar-Repubblika sabiex ineħħu lil Dr Adrian Delia.  Dak kollu li għamlu lill-ħaddiehor, wieħed wieħed ser iddur fuqhom.

Dr. Jason Azzopardi m’għadux jgħid li dak kollu li jgħid Dr Bernard Grech huwa tajjeb. Mid-dehra hemm xi ħaġa li qedha tinkwieta kemm lilu, kif ukoll lir-ribelli sħabu. Min jaf kemm feraħ Dr Karol Aquilina meta Therese Comodini Cachia ddeċidiet li ma tikkontestax aktar. Naħseb qed jagħmel is-somom ta’ kemm ser iżid voti. Dr Aquilina, tgħoddx il-flieles qabel ma jfaqqsu għax nassiġurak li int mhux ser tinġabar fl-elezzjoni li ġejja. Ikolli ngħid li ndumu ftit ma narawk fil-pubbliku wara ix-xokk li ser tieħu.

Bħalissa qed ninkwieta ftit ukoll peress li meta dawn ix-xjaten ikunu kwieti, u bħalissa qed narahom kwieti ħafna, ikunu qed jaħmu xi ħaġa li tkun taħraq ħafna. Sriep valenużi li jkunu qed jistaħbew sabiex kif jiġi dak iċ-ċans opportun, jigdmu l-priża tagħhom u jitfgħu il-valenu sabiex iħassrulek demmek.

J’Alla l-partitarji ġenwini jiftħu għajnejhom, ma jdumux, u jirrealizzaw li l-Partit Nazzjonlista li tant iħobbu qed jitmermer kuljum.

One thought on “X’hemm wara r-reżenja ta’ Therese Comodini Cachia?

  1. Indunat x’fija hekk sigriet L-Inkjesta Muscat Azzoppardi li saret mill-pres. Censinu Tabone imma li dlonk inhbiet mill-prim Ministru Dr. Eddie Fenech Adami.? 3 darbiet l-onor Wenzu Mintoff staqsieh fil-parlament x’fija hekk sigriet li ma jridx jikxifha u 3 darbiet il-prim Dr. EFA ir-rispondieh li ma hux fl-interess tal-poplu!

Leave a Reply

Your email address will not be published.