Il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi ma għadux fit for purpose.

Blog post minn osservatur politiku

Dr Edward Debono għoġbu jikteb kumment fuq l-artiklu li bagħtlek jien lilek Dr Mercieca. Huwa tefa’ l-kumment tiegħu wara li jien ktibt u elenkajt battibekki li għaddew fil-Kumitat Parlamentari tal-Kontijiet Pubbliċi. Il-kumment ta’ Edward Debono hu kif ġej:

Ħa nagħmel dikjarazzjoni skjetta imma ċara. Jien qatt ma qbilt ma dawn it-tip ta’ inkjesti minn dan il-Kumitat li kull ma jagħmel huwa li d-deputati jippruvaw jistgħadu biex jikxfu minn hu l-ħalliel jew il-qattiel, jiddependi fuq il-każ. Jiena ma naqbilx li dan għandu jkun ix-xogħol ta’ dan il-kumitat fil-Parlament.

Niftakar tajjeb meta tellgħu xhud, wieħed wara l-ieħor fuq l-iskandlu taż-żejt u ppruvaw isallbu lil kull xhud quddiemhom. L-istorja llum qed terġa’ tirrepeti ruħha. Dan il-post kellu intenzjoni ċara. Ridt li toħroġ l-arroganza estrema li waqgħu fiha d-deputati tan-naħa tal-Partit Nazzjonalista. Dawn waslu biex għamlu dikjarazzjonijiet li dan il-kuntratt kien il-kaġun tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dik deċiżżjoni tal-qorti u mhux ta’ Beppe Fenech Adami. Dr Debono naħseb li tifhimni meta ngħid li lanqas fil-qorti, avukat ma jitħalla jintimida lix-xhud u aktar u aktar lill-avukat tal-istess xhud.

Jekk inti rajt din il-laqgħa, l-intimidazzjoni kienet ovvja. Issa jekk għax ma rrispondiex Mr Apap Bolgna għal ċerti domandi, inti, Dr Debono, wasalt għall-konkluzzjoni li Mr Apap Bologna ikkonferma din il-korruzzjoni. Nixtieqek forsi tispjegali fuq liema bażi wasalt għal din il-konklużjoni? Min jagħżel din it-triq bħal ma għamel Apap Bologna fuq pariri tal-abbli Dr Giannella de Marco, naħseb ikun qed iħalli r-risposti għall-qorti fejn trid issir u turi li qed issir il-ġustizzja, xi ħaġa li bħalissa f’dan il-Kumitat tidher ċara li mhux qed issir.

L-attakki ġew spostjati fuq Beppe Fenech Adami u fuq Karol Aquilina għal raġuni waħda biss. Ir-rappreżentanti tal-poplu, allura tiegħi u tiegħek Dr Debono, ma tajnihom ebda permess bil-vot tagħna li jkunu arroganti. Ma tajniehom ebda dritt li jintimidaw lil xi ħadd la fil-plenarja u inqas u inqas f’xi kumitat. Aħna għidnilhom fil-vot tagħna jippreżentawna bl-ikbar umilta’, lealta’ u trasparenza.

Kemm għandek żball li miniex nifhem il-portata ta’ dan kollu. Jien m’hiniex sostenitur tar-Repubblika u l-oħrajn għax nemmen fil-ġustizzja mingħajr indħil mill-pubbliku. Jien rrid li min qatel, jew ħallas biex isir il-qtil, jieħu dak li ħaqqu ġol-qorti mingħajr ma jħarsu lejn wiċċ ħadd. Biss jien ma nemminx fl-aġenda tas-Soċjeta’ Ċivili li għandha skopijiet ulterjuri. Jiena ma nemminx fit-tixrid tal-informazzjoni biex jum wara jum Yorgen Fenech jidher fuq il-faċċati tal-gazzetti ħalli tkun influwenzata l-ġurija. Jiena nemmen li trid issir ġustizzja ma kulħadd anke ma dawk li jista’ jkun qed jiżvijjaw il-ġustizzja jew il-konklużżjoni tal-proċess.

Nassigurak li l-maturita’ tiegħi ilni li lħaqtha u nserraħlek rasek li jien ma għandi ebda aġenda personali. Jien irrid nara l-ġustizzja ssir illum qabel għada. Jekk qed taħseb li għax tikteb li b’dak li qed nikteb qed nispostja l-binarji, jiddispjaċini ngħidlek li inti taċċetta u tikkondividi din it-tip ta’ arroganza mir-rappreżentanti tal-poplu.

Il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi m’huwiex xi tip ta’ ‘kangaroo court’. Din diġa’ qalha xi ħadd ieħor qabli u b’referenza għal dan il-Kumitat tista’ tfisser li dawn il-membri taħt diskussjoni rrendew lil dan il-kumitat bħala qorti mhux uffiċjali fejn grupp ta’ nies jiltaqgħu biex jippruvaw jixlu lil xi ħadd mingħajr ma jkollhom l-evidenza kollha, u jippruvaw jaslu li jikkundannawh għar-reat li allegatament f’moħħhom huwa jkun għamel.

Ħa nistaqsik xi ħaġa Dr Debono. Huwa aċċettabbli għalik li persuna tiġi proċessata quddiem qorti politika kif ukoll quddiem il-qorti tal-ġustizzja? Inti taqbel mal-fatt li l-politiċi jsiru nvestigaturi? Inti taċċetta li ċ-chairman ta’ dan il-kumitat qed juri li hu biased favur naħa waħda? Inti taqbel li ċ-chairman kemm-il darba qal lill-membri tal-gvern kienu out of order waqt li jħalli lil sieħbu, Dr Karol Aquilina, bil-qiegħda ħdejh, jistaqsi li jrid? Possibbli dan qatt ma kien out of order? Inti taqbel li d-Dottoressa de Marco ddistruġġit kemm lil Karol Aquilina kif ukoll lil Beppe Fenech Adami? Inti taqbel li dan il-Kumitat tant iddiżintegra ruħu, tant waqa’ f’livell ta’ battibekki redikoli, tant niżel f’livell mhux aċċettabbli għall-kumitat li twaqqaf fl-għola istituzzjoni tal-pajjiz li llum m’huwiex ‘fit for purpose’?

2 comments

  1. Il kumitat tal kontijiet publicci ghandu jigi xolt ghax dell ikrah fuq ir rule to law biss qed naraw mil PN u hafna nies qedghin jiskandilazaw ruhhom bil hdura u l-irrisponsabilta li ma ghandhom Karol Aquilina u Beppe dawn sgur li ma jridhux jaraw lil PN fil gvern.

Leave a Reply